Annabelle Cilia

Annabelle Cilia

Share

President Solidarjeta Ħaddiema Partit Nazzjonalista
Membru Parlamentari Jiena omm żgħażugħa minn u ngħix f'Ħal Qormi. Ghaliex dhalt fil-politika? X’nemmen?

Miżżewġa lil Ian u flimkien aħna l-ġenituri taċ-ċkejkna Pippa. Gradwajt fl-Istudji Ewropej u llum-il ġurnata naħdem fis-settur tal-iGaming. Dan l-aħħar ġejt eletta President tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista wara diversi snin attiva fil-PN bħala voluntiera fl-ELCOM. Nixtieq Malta li tagħti futur aħjar lil uliedna—bħala pajjiż sigur, ġust u b’opportunitajiet reali. Malta li tħares lejn

26/06/2026

Mal-Kap Alex Borg, f’Ħal Qormi nkomplu nkunu preżenti, qrib in-nies.

Ħelsitha b'miraklu! Il-video li juri l-mument li fih ċeda scaffolding fil-Gżira - NETnews 26/06/2026

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhumiex dettall. Huma prijorità.

Dak li seħħ illum fil-Gżira seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar. Nirringrazzjaw ’l Alla li jidher li ħadd ma weġġa’.

Ghandu jkollna standards ċari, superviżjoni serja u infurzar effettiv. Fl-istess waqt, irridu nkunu ġusti. Hemm ħafna kumpaniji serji li jimxu sew u jinvestu fis-sigurtà. Dawn m’għandhomx jiġu mċappsa minħabba haddiehor.

Il-ħaddiem għandu dritt joħroġ għax-xogħol u jirritorna d-dar qawwi u sħiħ. Dejjem.

Ħelsitha b'miraklu! Il-video li juri l-mument li fih ċeda scaffolding fil-Gżira - NETnews Il-BCA u l-OHSA qed jgħidu li fetħu investigazzjoni

Photos from Annabelle Cilia's post 26/06/2026

Waqt il-marċ tat-Tieni Jum tat-Tridu tal-Festa ta' San Ġorġ! Inkomplu niċċelebraw flimkien! ❤️

Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri A.D 1893

26/06/2026

Kelliema għax-Xogħol | Deputat Whip tal-Grupp Parlamentari

Nirringrazzja lil Kap Alex Borg tal-fiduċja li wera fija billi afdani bir-rwol ta’ Kelliema għax-Xogħol, kif ukoll dak ta’ Deputat Whip tal-Grupp Parlamentari.

Il-ħaddiema huma l-qalba tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. Irridu inkun vuċi soda favur xogħol dinjituż, kundizzjonijiet ġusti, u bilanċ aħjar bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja. Nemmen li politika tajba hija dik li tisma’, tifhem u twassal għal soluzzjonijiet konkreti li jtejbu l-ħajja tan-nies.

Bħala Deputat Whip tal-Grupp Parlamentari, se nagħti sehmi biex il-ħidma tagħna tkompli tkun waħda serja u ffukata fuq dak li verament jimporta lill-poplu Malti u Għawdxi.

Inkomplu naħdmu għal Malta aħjar.

Partit Nazzjonalista | Alex Borg

25/06/2026

Minn qalbi nixtieq nawgura l-ħidma t-tajba lis-Sindku l-ġdid tas-Siġġiewi, Ryan Cachia u lill-Viċi Sindku l-ġdid, Stephanie Vassallo. Nawguralkom suċċess f'dak li tagħmlu għall-ġid tal-lokalità u tar-residenti kollha!

23/06/2026

Waqt il-marċ tat-Tlieta festa San Ġorġ

22/06/2026

U Ġorġi tagħna ħareg ukoll!

21/06/2026

Il-lejla flimkien mal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi A.D. 1919 ghar-riċeviment ta’ qabel il-festa. Grazzi tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħkom!

Photos from Annabelle Cilia's post 20/06/2026

Illum ħadt il-Ġurament ta’ Lealtà u ħadt posti fil-Parlament. Issa wasal iż-żmien li naħdmu u nwettqu. Tlaqna!

19/06/2026

Onorata li ġejt appuntata Deputy Whip tal-Grupp Parlamentari ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Irrid nirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Grupp Parlamentari tal-fiduċja li wrew fija. Imħeġġa biex inkompli naħdem b’impenn, serjetà u rispett lejn l-istituzzjonijiet tagħna, filwaqt li nagħmel ħilti kollha biex ikollna Oppożizzjoni kredibbli, magħquda u viċin in-nies.

Xi privileġġ dan, li nġorru b’responsabbiltà u gratidudni kbira. Grazzi.

Ix-xogħol ikompli.

Want your business to be the top-listed Government Service in Mosta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Address

Mosta