18/06/2026
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg illum ingħaqad mal-mexxejja l-oħra Ewropej membri fil-familja politika tal-Partit Popolari Ewropew għas-Summit tal-PPE fi Brussell li sar ftit sigħat qabel beda jiltaqa' l-Kunsill Ewropew.
Dan kien l-ewwel Summit tal-PPE li fih ħa sehem Alex Borg wara l-elezzjoni ġenerali u matulu ġew diskussi l-prijoritajiet ewlenin quddiem il-Kunsill Ewropew, fosthom is-sigurtà u d-difiża Ewropea, il-kompetittività, it-tkabbir tal-UE u r-rwol tal-Ewropa f’dinja dejjem aktar instabbli.
Qabel beda s-Summit, il-Kap tal-PN kellu wkoll taħditiet mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fl-uffiċċju tagħha fil-Parlament Ewropew. Huma ddiskutew kif se jkomplu jaħdmu biex il-PN ikompli jissaħħaħ, anke fuq livell Ewropew, fid-dawl tal-appuntament elettorali li jmiss - l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' tliet snin oħra. Roberta Metsola indirizzat ukoll is-Summit tal-PPE aktar t**d.
17/06/2026
Fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista komplew l-Assemblej Reġjonali li qed isiru bi tħejjija għall-Kunsill Ġenerali ta' bħal-lum ġimgħa li se jiftaħ il-proċess għall-konferma jew il-ħatra ta' Kap tal-PN wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, kif jipprovdi l-Istatut tal-PN.
Ilbieraħ saru l-laqgħat reġjonali tat-Tielet u r-Raba' Reġjun li tmexxew mill-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN Mark Anthony Sammut u fihom ipparteċipaw fost l-oħrajn il-Kap tal-PN Alex Borg, il-Viċi Kap Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello.
Matul dawn l-Assemblej qed jiġi diskuss ukoll ir-riżultat elettorali miksub mill-PN fl-elezzjoni tat-30 ta' Mejju, bir-rapport dwar dak li qed jiġi diskuss se jitressaq quddiem il-Kunsill Ġenerali ta' nhar l-Erbgħa 24 ta' Ġunju. Wara li saru l-Assemblej f'Malta issa jonqos l-Assemblea Reġjonali ta' Għawdex li se titlaqqa' nhar il-Ġimgħa li ġej f'Għawdex stess.
16/06/2026
Kif jitlob l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, u kif deċiż mill-Kumitat Eżekuttiv, ilbieraħ bdew jitlaqqgħu l-Assemblej Reġjonali bħala parti mill-Kunsill Ġenerali tal-PN li se jsir l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju biex jagħti bidu għall-proċess tal-konferma jew il-ħatra ta’ Kap tal-PN wara l-elezzjoni ġenerali.
Ilbieraħ saru l-Assemblej tal-Ewwel u t-Tieni Reġjun fid-Dar Ċentrali, bil-laqgħat reġjonali tat-Tielet u r-Raba’ Reġjun se jsiru llum fid-Dar Ċentrali tal-PN waqt li nhar il-Ġimgħa ssir dik tar-Reġjun ta’ Għawdex fis-Sub-Headquarters tal-PN f'Ta' Sannat.
Dawn l-Assemblej qed jiġu indirizzati mill-Kap tal-PN Alex Borg li lbieraħ tenna li għall-Partit Nazzjonalista, il-missjoni biex ikollna Malta u Għawdex aħjar għadha kif bdiet. Hu għalhekk li din il-ħidma trid tibqa' għaddejja fix-xhur u s-snin li ġejjin.
15/06/2026
Għall-Partit Nazzjonalista l-qasam tas-saħħa dejjem kien importanti u se jibqa' prijorità, tant li se jkompli jaħdem biex il-professjonisti kollha jkollhom il-kundizzjonijiet li jixirqilhom.
Illum, fid-Dar Ċentrali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iċċelebra mat-tobba l-ġodda li għadhom kif temmew l-aħħar sena tal-kors tagħhom b'suċċess. Hu awguralhom għal din il-kisba u għall-futur fil-karriera f'dan is-settur tant importanti.
15/06/2026
Minħabba l-ftuħ tal-Parlament nhar is-Sibt li ġej, il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li jniedi l-proċess biex – kif jipprovdi l-Istatut – jaħtar jew jikkonferma lill-Kap tal-Partit wara l-elezzjoni ġenerali li saret fit-30 ta’ Mejju, issa se jsir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju, 2026.
Il-Kunsillieri tal-PN huma mistennija jattendu. Il-Kunsill Ġenerali jiftaħ fis-6:30pm u jiġi fi tmiemu bl-indirizz tal-Kap tal-PN Alex Borg.
15/06/2026
The PN in opposition will keep doing its constitutional duty: keeping the government in check.
What people saw during the electoral campaign will continue inside and outside Parliament: a positive, fact-based drive for what is best for Malta. This initiative of fact-checking is about cutting through the gap between PL spin and people’s lived reality.
Labour says corruption is a PN obsession. Yet Eurobarometer shows 87% of people in Malta believe corruption is widespread – including, on the numbers, around 7 in 10 Labour voters.
We are putting facts back into politics: exposing spin, holding government to account, and making the case for a cleaner, fairer country.
Click below to read more 👇
Factcheck: Corruption
Other factchecks Malta’s attitude towards corruption · Eurobarometer 87% of people in Malta say corruption is widespread. A data story about Malta, Europe, political scale and how people perceive public power and institutions. Political scale test ≈71% 7 in 10 Labour voters believe corruption i...
14/06/2026
L-elezzjoni għaddiet, imma l-missjoni tagħna biex ikollna Malta u Għawdex aħjar għadha kif bdiet.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg dalgħodu meta kien intervistat fuq NET TV minn Thomas De Martino f’intervista li matulha tkellem ukoll dwar kif se jerġa’ jitlob il-fiduċja tal-PN biex ikompli l-proċess ta’ tiġdid li beda tmien xhur ilu u dwar l-emendi li se jipproponi għall-Istatut biex jinħolqu żewġ karigi ta’ Viċi Kap – wieħed responsabbli mill-affarijiet tal-partit u ieħor mill-ħidma parlamentari.
“Din l-elezzjoni ma tatniex ir-riżultat li xtaqna. Imma tatna direzzjoni. Tatna tagħlima. Tatna sinjal ċar li l-poplu qed ifittex alternattiva kredibbli. Jien nemmen fil-futur tal-Partit Nazzjonalista, nemmen fil-futur ta' Malta u nemmen li jekk nibqgħu umli, magħqudin u determinati, se naslu,” qal Alex Borg.