24/06/2026
☀️ Il-funtana pubblika tal-Marshall fi Triq Sciortino hija sors importanti ta’ ilma għall-għasafar tal-bejt urbani tagħna li f'din is-sħana jinżlu jixorbu u jinħaslu fiha.
Il-Paġna Uffiċjali tal-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ.
24/06/2026
☀️ Il-funtana pubblika tal-Marshall fi Triq Sciortino hija sors importanti ta’ ilma għall-għasafar tal-bejt urbani tagħna li f'din is-sħana jinżlu jixorbu u jinħaslu fiha.
19/06/2026
🟣 Is-siġar indiġini tal-Virgi fl-ewwel parti ta Wied Qirda bħalissa tapit ta' fjuri vjola mimlija friefet u naħal 🐝
Wara erba' snin ta' kura mill-Kunsill Lokali s-siġar issa stabbilew ruħhom u ma jeħtiġux tisqija.
Qabel mimlija speċi aljeni, issa l-bijodiversità rkuprat hawn.
Grazzi lill-voluntiera li għenuna matul is-snin.
18/06/2026
Nhar il-Ħadd wara nofsinhar grupp ta' żgħażagħ mhux mgħarufa vandalizzaw il-bust ta' Frans Sammut fi Ġnien Tfulija bis-spray aħmar.
Il-Kunsill b'mod immedjat għamel kuntatt mal-artist Jesmond Bonello sabiex din iż-żebgħa ħamra titneħħa minnufiħ.
Bil-vandaliżmu ħadd ma jibbenefika!
18/06/2026
Ħarġa għall-anzjani sax-Xgħajra - El Catalan Restaurant
Nhar l-Erbgħa 24 ta' Ġunju - tluq fil-8.30am
Biljetti €10 mill-Kunsill
17/06/2026
Kmieni dalgħodu sar ħasil ta' Ġnien it-Tfulija. Inħasel ukoll is-sqaq pedonali li jgħaqqad Triq Paris ma Triq Lazzru Pisani u l-entratura tal-grawnd.
15/06/2026
Ħajr lill-kenniesa għat-tindif intensiv li sar fit-toroq għat-tmien lejl konsekuttiv hekk kif issa ġiet fit-tmiemha l-Festa ta’ San Filep.
Diġa sar xi ħasil fejn meħtieġ u fejn jippermeti l-armar. Grazzi lil kull min għina nżommu nadif - Sindku Steve Zammit Lupi
14/06/2026
Is-Sindku Steve Zammit Lupi flimkien mal-Kunsilliera u ħaddiema tal-Kunsill Lokali f’Jum il-Festa ta’ San Filep jawguraw il-festa t-tajba liż-Żebbuġin kollha!
🔴🟢 Grazzi lill-bandisti minn 12th May Band & Social Club u Għaqda Każin Banda San Filep tal-allegri sbieħ dalgħodu fiċ-ċentru għall-anzjani 🎶
12/06/2026
Waqt il-ħruq tan-nar tal-art illum u għada f'Misraħ San Filep u Triq Sciortino u f'Jum il-Festa l-Kunsill Lokali se joffri servizz ta' First Aid Responder u ambulanza stand-by f'każ ta' emerġenza.
Dan is-servizz se ikun stazzjonat fi Triq il-Kbira ħdejn il-Do It All f'dawn il-ħinijiet fl-avviż.
11/06/2026
Festa San Filep 2026 - Ħruġ minn niċċa
Il-Parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ
| Monday | 08:30 - 12:00 |
| 13:30 - 15:00 | |
| Tuesday | 08:30 - 12:00 |
| 13:30 - 15:00 | |
| Wednesday | 08:30 - 12:00 |
| 13:30 - 15:00 | |
| Thursday | 08:30 - 12:00 |
| 13:30 - 15:00 | |
| Friday | 08:30 - 12:00 |
| 13:30 - 15:00 | |
| Saturday | 08:00 - 11:00 |