18/06/2026
🌱🏵️ Din il-ġimgħa bdejna xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ fiż-żona ta’ Ta’ Paris, fosthom xogħol ta’ tikħil u interventi oħra biex din iż-żona tkompli tingħata dehra aktar sabiħa u miżmuma.
Dawn huma xi ritratti tax-xogħol li diġà sar, filwaqt li fil-jiem li ġejjin ser jitkompla x-xogħol, bħala parti mill-ħidma kontinwa biex inkomplu nsebbħu lil Birkirkara tagħna.
🙏 Grazzi lill-ħaddiema kollha għad-dedikazzjoni tagħhom, speċjalment f’dawn il-ġranet sħan🌿🌞
18/06/2026
🎶✨ KUNĊERT FIS-SUQ TAR-RAĦAL - SEJĦA GĦALL-KANTANTI ✨🎶
🎤Il-Kunsill Lokali qed jagħmel sejħa għall-kantanti karkariżi biex jiġu juruna t-talent tagħhom wara dan il-kunċert uniku fir-raħal!
👦👧 Miftuħa għal tfal sa 15-il sena
📅 Data: 1 ta’ Awwissu 2026
📍 Post: Triq il-Kbira, Birkirkara
📞 Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21442626
18/06/2026
🇲Enemalta se twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fuq in-netwerk tal-elettriku li jistgħu jwasslu għal qtugħ temporanju tal-provvista f’ċerti toroq. Dawn ix-xogħlijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat servizz sigur u affidabbli u jitnaqqas ir-riskju ta’ qtugħ mhux ippjanat. Għal għajnuna, ċemplu 8007 2224 jew irreġistraw għan-notifiki b’xejn bl-email/SMS ta’ Enemalta.
🇬Enemalta will be carrying out maintenance and upgrade works on the electricity network, which may result in temporary power interruptions in certain streets. These works are necessary to ensure a safe and reliable electricity supply and to reduce the risk of unplanned outages. For assistance, call 8007 2224 or subscribe to Enemalta’s free Email/SMS notification service.
Start Date/Time 19/06/2026 at 02:30
End Date/Time 19/06/2026 at 08:00
Streets effected
TRIQ AZZOPARDI
TRIQ F. S. CARUANA
SQAQ IL- WIED NRU. 2
TRIQ ANGLU MALLIA
TRIQ BRARED
TRIQ L- ISQOF LABINI
TRIQ IN- NAXXAR
TRIQ IL- WIED
TRIQ L- IMRIEHEL
TRIQ IL- KNISJA L-QADIMA
TRIQ JOHN BORG
Start Date/Time 18/06/2026 at 21:00
End Date/Time 19/06/2026 at 03:00
Streets effected
AREA ZONA INDUSTRIJALI
SQAQ IL- QNIEZAH
SQAQ IT- TIGIEG
TRIQ TAZ- ZWEJT
SQAQ IT- TIGIEG
Start Date/Time 18/06/2026 at 06:00
End Date/Time 18/06/2026 at 15:00
Streets effected
TRIQ TAL- QATTUS
TRIQ TAS- SISLA
TRIQ GROSSETO
TRIQ ANTHONY SAMMUT
TRIQ P. BORG OLIVIER
TRIQ JOSEPH A. DEACON
DAHLET IT- TEMPJU MEGALITIKU
16/06/2026
📌 📚 Ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija pubblika f'Birkirkara matul is-sajf li ġej.
Nitolbukom tieħdu nota ta' dawn il-ħinijiet tal-ftuħ tal-librerija għall-istaġun tas-sajf.
16/06/2026
💦 🗑️🌺 Hekk kif bdejna ġimgħa oħra tkompliet il-ħidma madwar it-toroq u l-ġonna f'Birkirkara, fosthom;
▪️Tnaddfu l-BCRS ta' ħdejn Il-kunsill lokali u wkoll f'Ta' Paris
▪️Sar ukoll knis u qtugħ tal-ħaxix ħażin fi Ġnien il-Ħaddiem, Ġnien l-Istazzjon, fil-Ġardina Pjazza 28 ta' Frar, Ġnien John Borg, u wkoll fi Pjazza l-Eroj.
▪️Tbattlu u ġew imnaddfa l-laned taż-żibel
▪️Ġiet imnaddfa l-bus Terminus fejn Ġnien l-Istazzjon
Dan kollu jagħti lil Birkirkara dehra aħjar biex kull resident jgħix f'ambjent sabiħ u nadif. Dan kollu grazzi lill-ħaddiema tal-kunsill lokali li bi ħġarhom jagħmlu dan ix-xogħol tant siewi.
16/06/2026
🇲Enemalta se twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fuq in-netwerk tal-elettriku li jistgħu jwasslu għal qtugħ temporanju tal-provvista f’ċerti toroq. Dawn ix-xogħlijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat servizz sigur u affidabbli u jitnaqqas ir-riskju ta’ qtugħ mhux ippjanat. Għal għajnuna, ċemplu 8007 2224 jew irreġistraw għan-notifiki b’xejn bl-email/SMS ta’ Enemalta.
🇬Enemalta will be carrying out maintenance and upgrade works on the electricity network, which may result in temporary power interruptions in certain streets. These works are necessary to ensure a safe and reliable electricity supply and to reduce the risk of unplanned outages. For assistance, call 8007 2224 or subscribe to Enemalta’s free Email/SMS notification service.
Birkirkara
Start Date/Time 16/06/2026 at 08:00
End Date/Time 16/06/2026 at 13:00
Streets effected
TRIQ JANNARA
TRIQ IL- KAN. KARMENU PIROTTA
TRIQ MONS. EMMANUEL VELLA
Start Date/Time 18/06/2026 at 21:00
End Date/Time 19/06/2026 at 03:00
Streets effected
AREA ZONA INDUSTRIJALI
AREA ZONA INDUSTRIJALI
AREA ZONA INDUSTRIJALI
SQAQ IL- QNIEZAH
SQAQ IT- TIGIEG
TRIQ TAZ- ZWEJT
TRIQ TAZ- ZWEJT
TRIQ TAZ- ZWEJT
SQAQ IT- TIGIEG
15/06/2026
🇲📢 Avviż lir-Residenti – Xogħlijiet fit-Toroq 🚧
Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara jixtieq jinforma lir-residenti li l-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta ser jibda x-xogħlijiet skedati matul il-ġimgħa d-dieħla fi Triq il-Qasab, Birkirkara.
📅 Data tal-Bidu tax-Xogħlijiet: L-Erbgħa, 17 ta’ Ġunju 2026
🕒 Ħinijiet tax-Xogħol: Matul il-ġurnata
Ninfurmawkom li ser ikun meħtieġ għeluq sħiħ tat-triq għat-tul kollu tax-xogħlijiet sabiex jiġu żgurati s-sigurtà tal-ħaddiema u tal-pubbliku.
Dawn ix-xogħlijiet qed isiru taħt il-Permess tax-Xogħlijiet fit-Toroq RWP3-4191/26.
Nappellaw lir-residenti u lill-utenti tat-triq biex jippjanaw il-vjaġġi tagħhom minn qabel u niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq. Nirringrazzjawkom tal-paċenzja u l-koperazzjoni tagħkom waqt li jitwettqu dawn ix-xogħlijiet infrastrutturali meħtieġa.
Għal aktar aġġornamenti, segwu l-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
🇬 📢 Notice to Residents – Road Works in Birkirkara* 🚧
The Birkirkara Local Council would like to inform residents that Infrastructure Malta's contractor will be commencing scheduled road works in Triq Il-Qasab next week.
📅 Works Start Date: Wednesday, 17th June 2026
🕒 Working Hours: Daytime hours
Please note that a full road closure will be in effect for the duration of the works to ensure the safety of both workers and the public.
These works are being carried out under Road Works Permit RWP3-4191/26.
We kindly ask residents and road users to plan their journeys accordingly and apologise for any inconvenience caused. We appreciate your patience and cooperation while these necessary infrastructure improvements are undertaken.
For further updates, please continue to follow the Birkirkara Local Council's official channels.
🚧
13/06/2026
🚧🌿 Jitkompla x-xogħol ta’ tisbiħ fl-akwata ta’ Triq Mannarino.
Il-Kunsill Lokali jixtieq jaġġornakom bħala residenti li tkompla x-xogħol ta’ tisbiħ fl-akwata ta’ Triq Mannarino.
Dan ix-xogħol għandu l-għan li jtejjeb id-dehra tal-inħawi u joħloq ambjent aktar sabiħ u nadif għal kulħadd. 🌼
🙏 Għaldaqstant nibqgħu ninkoraġġukom li intom ukoll iżżommu ambjent nadif biex flimkien nagħmlu l-lokalità tagħna post b'dehra aħjar!
12/06/2026
🇲Enemalta se twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fuq in-netwerk tal-elettriku li jistgħu jwasslu għal qtugħ temporanju tal-provvista f’ċerti toroq. Dawn ix-xogħlijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat servizz sigur u affidabbli u jitnaqqas ir-riskju ta’ qtugħ mhux ippjanat. Għal għajnuna, ċemplu 8007 2224 jew irreġistraw għan-notifiki b’xejn bl-email/SMS ta’ Enemalta.
🇬Enemalta will be carrying out maintenance and upgrade works on the electricity network, which may result in temporary power interruptions in certain streets. These works are necessary to ensure a safe and reliable electricity supply and to reduce the risk of unplanned outages. For assistance, call 8007 2224 or subscribe to Enemalta’s free Email/SMS notification service.
Bidu - Start Date/Time 13/06/2026 at 06:00
Tmiem - End Date/Time 13/06/2026 at 15:00
Toroq Affetwati - Streets effected
TRIQ TAL- QATTUS
TRIQ TAS- SISLA
TRIQ GROSSETO
TRIQ ANTHONY SAMMUT
TRIQ P. BORG OLIVIER
TRIQ JOSEPH A. DEACON
DAHLET IT- TEMPJU MEGALITIKU
11/06/2026
🐈 Konferenza għall-Cat Feeders fil-Lokalità Tagħna
Il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara qed jistieden lill-cat feeders irreġistrati fil-lokalità tagħna għal konferenza informattiva fejn se jingħataw aġġornamenti dwar l-appoġġ li l-Kunsill qed joffri, kif ukoll rikonoxximent għall-ħidma siewja tagħhom favur il-ġid tal-qtates fil-komunità Karkariża.
Matul il-laqgħa, is-Sindku Dr Desirei Grech se tippreżenta vawċer lil kull cat feeder bħala sinjal ta' apprezzament, permezz ta’ fondi miġbura mit-Thrift Shop organizzat aktar kmieni din is-sena.
🗓️ Il-Ġimgħa 26 ta' Ġunju 2026
⏰ 6:30pm
📍 Fis-Sala tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara
Nirringrazzjaw lill-cat feeders kollha għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom lejn il-benesseri tal-annimali fil-lokalità tagħna. ❤️🐾