26/06/2026
Seduta numru 31 tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa. 📝
Nhar it-Tlieta 23 ta' Ġunju 2026, saret is-seduta tal-Kunsill Lokali Birżebbuġa fejn fiha ġew diskussi diversi punti. Il-minuti kollha tas-seduta jiġu approvati fis-seduta li jmiss.
• Preżenti għas-seduta:
Scott Camilleri Bilocca - Sindku
Josette Busuttil - Viċi Sindku
Alexander Caruana Maria Mifsud Ivan Abela Grech Karel Zahra Karel Darren Debono - Kunsilliera
Jordy Brincat - Segretarju Eżekuttiv
• Assenti b'appoloġija:
Johann Borg Rohasia Zammit - Kunsilliera
> Ġnien fi Triq Herakles:
Issa li ntemmew ix-xogħlijiet fil-ġnien fi Triq Dun Ġorġ Zammit, ser jibdew ix-xogħlijiet fil-ġnien fi Triq Herakles, fl-inħawi tal-Qajjenza.
> Żebgħa tal-Linji fil-Bajja s-Sabiħa:
Fil-ġranet li ġejjin ser jibdew ix-xogħlijiet fuq il-linji fil-Bajja s-Sabiħa. Ix-xogħlijiet ser jibdew bil-linji li huma l-aktar importanti għas-sigurtà u wara jitkomplew bil-linji tal-parkeġġ.
> Xogħlijiet f’San Ġorġ:
Ix-xogħol fuq id-drenaġġ fl-inħawi ta’ San Ġorġ qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu. Issa ser jiġi installat cable tad-dawl ġdid permezz tas-sleeves eżistenti (mingħajr ma jinqala’ l-wiċċ tat-triq). Ix-xogħol ta’ tisbiħ ser jibda matul Settembru.
> Xogħlijiet f’Diversi Toroq:
Infrastructure Malta infurmatna li ser tkun qed tibda l-proċess biex isiru mill-ġdid Triq il-Fossili, Triq iż-Żurrieq u Triq is-Sajjied.
> Ġnien fi Triq Santa Katarina:
Il-Kunsill Lokali jinsab f’diskussjonijiet ma’ Project Green dwar id-disinn tal-ġnien fi Triq Santa Katarina. Project Green ħareġ bil-pjanti biex dan il-ġnien jerġa’ jingħata dehra xierqa u l-Kunsill approva dawn il-pjanti.
> PA 4406/20 fl-inħawi tal-Girgħien:
Il-Kunsill Lokali ddiskuta l-pjanti l-ġodda għall-inħawi tal-Girgħien u ser jibgħat ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu dwar il-problemi li jara f’dan l-iżvilupp.
> Car Park f’Wied il-Buni:
Il-Kunsill Lokali ffinalizza d-diskussjonijiet sabiex il-car park ta’ Wied il-Buni jiġi amministrat direttament mill-Malta Freeport. Il-car park ser joffri l-faċilità li kull resident li jirreġistra l-vettura tiegħu mal-Kunsill Lokali jkun jista’ jagħmel użu minnu bla ħlas għal 100 siegħa konsekuttiva.
> Jum Birżebbuġa 2026:
Il-Kunsill Lokali ser jorganizza Jum Birżebbuġa fis-16 ta’ Settembru fi Ġnien il-Kunsill, f’Tal-Papa. Il-Kunsill Lokali ser jiftaħ in-nominazzjonijiet matul Awwissu għall-premjijiet li ser jingħataw f’din il-ġurnata.
> Evalwazzjoni tal-Pożizzjoni ta' Uffiċjal Klerikali:
Il-Kunsill Lokali ser ikun qiegħed jaħtar bord tekniku biex jagħmel l-evalwazzjoni tal-pożizzjoni għas-sejħa ta’ uffiċjal klerikali fi skala 16.
> Is-seduta ġiet aġġornata għal nhar it-Tlieta 21 ta’ Lulju 2026, fil-17:30.
Kunsill Lokali Birżebbuġa

26/06/2026
24/06/2026
23/06/2026
18/06/2026
18/06/2026
18/06/2026
17/06/2026
16/06/2026