22/06/2026
L-Għodwa t-Tajba
Naqblu perfettament ma' dan miktub. Il-librerija jiġu jżurna kulħadd bla ebda distinzjoni. Għandna kulħadd milqugħ.
Ejjew żuruna u għidu kelma magħna jew ma' dawk li jkun hemm fil-librerija. Sadanittant issellfu ktieb b'dak is-suġġett li tixtiequ.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
15/06/2026
L-Għodwa t-Tajba.
Dalgħodu ħsiebna li naqsmu magħkom ħsieb li qasam magħna ħabib tagħna. Grazzi lis-Sur Domenico Formosa, li ikkwotat lil Abraham Lincoln.
Abraham Lincoln kien is-sittax-il President Amerikan, li twieled fit-12 ta' Frar 1809 u miet fil-15 ta' April 1865. Kellu 56 sena meta kien assassinat.
Nistiednukom tibgħatulna iktar ħsibijiet dwar kotba, libreriji u ħwienet tal-kotba li nkunu nistgħu naqsmu magħkom, ħbieb tagħna fuq il-paġna tagħna ta' Gozo Central Public Library.
Nawguralkom il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
09/06/2026
L-għodwa t-tajba.
Għal dawn l-aħħar xhur, kull nhar ta' Tnejn, dejjem bdejna bi kwotazzjoni, dwar kotba, dwar libreriji jew ħwienet tal-kotba.
Illum ser inħallu f'idejkom tagħżlu dik il-kwotazzjoni li tixtiequ. Jekk tridu, aqsmuha magħna. Imma jekk le, nittamaw li tagħtikom, sens ta' serenità bħal kull kwotazzjoni dwar kotba tnissel, f'kull wieħed u waħda minnkom.
Sadanittant, meta tridu ejjew oqogħdu u ejjew żuruna u jekk tridu għidu kelma magħna u sselfu, il-ktieb li tixtiequ.
Il-Jum ul-Ġimgħa t-Tajba
07/06/2026
Il-Programm tas-Sajf 2026, ser ikun
INT TAFU LIL GĦAWDEX?
Matul dan il-programm ser insiru nafu lil Għawdex kif qatt ma konna nafuh qabel – b’tagħrif u kurżitajiet, leġġendi u folklor, li nsibu ma' kull rokna ta' din il-gżira.
FLIMKIEN NISKOPRU D-DJAMANT F'NOFS IL-MEDITERRAN... FLIMKIEN.
Programm ta’ 5 ġimgħat li ser jibda is-Sibt, 11 ta’ Lulju 2026.
Età tat-tfal minn 6 snin ‘il fuq flimkien ma’ Ġenitur/Gwardjan.
Ħin mill-1030 sal-1130/1145
Mobile free
Min jixtieq li jattendi importanti li tibgħatu email ✉️ fuq [email protected]
Postijiet limitati
?
Gozo Central Public Library
Malta Libraries
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
05/06/2026
📣📣📣 Avviż
Għajnsielem Branch Library
Il-librerija se tkun magħluqa fid-dati li ġejjin:
Id-9, it-13, is-16 u l-20 ta' Ġunju 2026
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent ikkawżat.
📣📣📣 Closure Notice
Għajnsielem Branch Library
Please be informed that the library will be closed on the following dates:
9 th, 13th, 16th and 20th June 2026
We apologise for any inconvenience caused.
01/06/2026
L-Għodwa t-Tajba
Il-bieb tal-librerija tagħna hu dejjem miftuħ għal kulħadd. Għal kull tip ta' għajnuna dejjem staqsu lilna l-librara.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba
25/05/2026
Please be advised that the Għajnsielem Branch Library will be closed this coming Saturday, 30th May 2026.
25/05/2026
L-għodwa t-tajba.
Żuru l-librerija ċentrali u l-fergħat, li għandna madwar Għawdex u żgur li ssibu l-ktieb jew kotba mixtieqa għal kuljum.📖📚📖
Dejjem staqsu lil-librara tagħna għal kull tip ta' għajnuna.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
19/05/2026
New dyslexia-friendly books have just arrived at the library. These novels are specially designed for adult readers, and abridged versions are also available.
We also have a selection of new large print books.
Today the Għajnsielem Branch Library will be open until 12:00 noon and will reopen again in the afternoon, from 1500 till 1700.