16/06/2026
𝗦𝗰𝗮𝗺 𝗔𝗹𝗲𝗿𝘁 ⚠️
Messages are currently being circulated asking people to “vote” for someone to help them receive a scholarship, accompanied by a suspicious link.
This is a scam.
Members of the public are reminded not to click on any suspicious links, even if the message appears to come from someone they know. Such links may be used to steal personal information, gain access to accounts, or spread the scam further.
If you receive a similar message:
🔹 Do not click the link
🔹 Do not enter any personal or banking details
🔹 Verify directly with the person through another means of communication
🔹 Delete the message
🔹 Report the scam where possible
Always think before you click 😉
15/06/2026
DONAZZJONI TA' 5620 EWRO LIL THE MALTA TRUST FOUNDATION
Fuq inizjattiva tas-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall, inġabru donazzjonijiet mir-residenti tal-Birgu u mis-settur kummerċjali tal-lokalità. Is-Sibt li għadda, waqt il-maratona organizzata minn The Malta Trust Foundation, ġiet preżentata s-somma sabiħa ta' 5620 Ewro. L-E.T. l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lis-Sindku u lil dawk kollha li taw id-donazzjoni tagħhom sabiex inġabret din is-somma sabiħa li biha jista' jinxtara nuċċali apposta għal tifel li jeħtieġ dan in-nuċċali.
DONATION OF 5620 EURO TO THE MALTA TRUST FOUNDATION
On the initiative of the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall, donations were collected from the residents of Birgu and the local business. Last Saturday, during the marathon organized by The Malta Trust Foundation, the sum of 5620 Euro was presented to H.E. President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca who thanked the Mayor and everyone who gave their donations, which helped raise this generous amount that can be used to buy special glasses for a particular child.
13/06/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jixtieq pubblikament jirringrazzja lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni għat-tindif li għamlu fiż-żona ta' taħt il-Forti Sant' Anġlu fejn qed imorru n-nies jirrikrejaw ruħhom u jgħumu. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu f’ dawn l-aħħar jiem irċieva diversi rapporti dwar il-ħmieġ li qed iħallu wħud minn dawn in-nies.IL-Kunsill Lokali tal-Birgu jappella sabiex min qed jagħmel użu minn din iż-żona, speċjalment matul dawn ix-xhur tas-sajf, din iż-żona tinżamm fi stat nadif. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikun qiegħed jieħu l-azzjonijiet kollha kif tippermetilu l-liġi kontra dawk l-individwi li qed iħammġu w iħallu warajhom kwalunkwe skart. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu qed jitlob il-koperazzjoni ta’ kulħadd biex din iż-żona tinżamm fl-aktar stat nadif.
John Boxall
Sindku
13/06/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ġie nfurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2026 mis-7:00am sal-5:00pm ser ikun hawn qtugħ temporanju fis-servizz tal-ilma minħabba xogħlijiet fil-main tal-ilma fit-toroq imsemmija hawn taħt:
TELGĦET IL-VITTMI TAL-POLVRISTA
TRIQ DESAIN
TRIQ IL-KARDINAL FABRIZIO SCIBERRAS
TRIQ IL-LVANT
TRIQ MELCHIORRE GAFA
TRIQ SAN DUMINKU
TRIQ SAN ĠORĠ
TRIQ WENZU DYER
____________________________________
The Birgu Local Council has been informed by the Water Services Corporation that on Monday 15th June 2026 from 7:00am till 5:00pm there will be a temporary water service interruption in the streets listed below due to works on the water main:
TELGĦET IL-VITTMI TAL-POLVRISTA
TRIQ DESAIN
TRIQ IL-KARDINAL FABRIZIO SCIBERRAS
TRIQ IL-LVANT
TRIQ MELCHIORRE GAFA
TRIQ SAN DUMINKU
TRIQ SAN ĠORĠ
TRIQ WENZU DYER
11/06/2026
Żejt mifrux fi Triq il-Piccolo Soccorso - Il-Birgu
Il-Pulizija tal-Komunità li kien qed jagħmel ir-ronda f'din iż-żona, induna b'din ir-roqgħa kbira ta' żejt fuq it-tarmac fejn mill-ewwel, il-PC Fiteni informa lill-Protezzjoni Ċivili b'dak li kien hemm u informa wkoll lill-Kunsill Lokali tal-Birgu b'dan kollu u assista lill-uffiċjali tas-CPD sabiex jikkontrolla t-traffiku.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jirringrazzja lil PC Fiteni u lill-Pulizija tal-Komunità għas-servizz kontinwu tagħhom fil-lokalità tagħna.
Cottonera & Kalkara Community Policing Team
09/06/2026
Ir-4 Kungress tal-European network of Holy Week and Easter Celebrations - fil-Belt Vittoriosa
Ilum 9 ta' Ġunju 2026, il-Birgu ġie konfermat uffiċjalment li se jkun qed jospita r-4 Kungress tal-European network of Holy Week and Easter Celebrations f'Ottubru 2027. Delegati minn pajjiżi Ewropej li jiffurmaw din l-assoċjazzjoni, se jkunu qed jiltaqgħu f'beltna għal dan il-kungress. Illum ukoll, is-Sindku s-Sur John Boxall ġie nominat bħala l-Viċi President ta' din l-assoċjazzjoni. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu huwa wieħed mill-fundaturi ta' din l-assoċjazzjoni sa mit-twaqqif tagħha fl-2018 u ġiet imwaqqfa sabiex tkabbar l-għarfien dwar dak kollu li marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir fil-pajjiżi Ewropej. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ lill-Kunsill Reġjonali Port li ġie approvat bħala membru ġdid fi ħdan l-assoċjazzjoni.
Kunsill Regjonali Port | European network of Holy Week and Easter Celebrations
09/06/2026
ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAL-LIBRERIJA REĠJONALI TAL-BIRGU
-------------------------------------
BIRGU REGIONAL LIBRARY OPENING HOURS
08/06/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ lill-Onor. Alison Zerafa Civelli għall-ħatra tagħha bħala Ministru tal-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi.
Żgur li dawn ir-responsabilitajiet li ġew fdata lilha, ser ikunu ta' benefiċċju kbir lill-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex kollu.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jawgura u joffri l-għajnuna tiegħu lill-Onor. Ministru kull fejn ikun hemm bżonn sabiex jingħata dejjem l-aħjar servizz lir-residenti fil-lokalitajiet kollha tal-pajjiż.
Alison Zerafa Civelli | Gvern Lokali