15/06/2026
L-Għodwa t-Tajba.
Dalgħodu ħsiebna li naqsmu magħkom ħsieb li qasam magħna ħabib tagħna. Grazzi lis-Sur Domenico Formosa, li ikkwotat lil Abraham Lincoln.
Abraham Lincoln kien is-sittax-il President Amerikan, li twieled fit-12 ta' Frar 1809 u miet fil-15 ta' April 1865. Kellu 56 sena meta kien assassinat.
Nistiednukom tibgħatulna iktar ħsibijiet dwar kotba, libreriji u ħwienet tal-kotba li nkunu nistgħu naqsmu magħkom, ħbieb tagħna fuq il-paġna tagħna ta' Gozo Central Public Library.
Nawguralkom il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
05/06/2026
Good news, everyone! 🎉
Yes — today is Friday 📖📚📖
📖📚📖 THREE different sessions of reading, are held in our library TODAY 📚📕📚
📖⭐📖 Aqra Miegħi / Read with Me
📖⭐📖 Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories
📖⭐📖 Gost il-Qari/The Pleasure of Reading
Enjoy your Friday! 😄📚📖
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Malta Libraries
01/06/2026
L-Għodwa t-Tajba
Il-bieb tal-librerija tagħna hu dejjem miftuħ għal kulħadd. Għal kull tip ta' għajnuna dejjem staqsu lilna l-librara.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba
25/05/2026
Please be advised that the Qala Branch Library ,
will be closed this coming Saturday, 30th May 2026.
25/05/2026
L-għodwa t-tajba.
Żuru l-librerija ċentrali u l-fergħat, li għandna madwar Għawdex u żgur li ssibu l-ktieb jew kotba mixtieqa għal kuljum.📖📚📖
Dejjem staqsu lil-librara tagħna għal kull tip ta' għajnuna.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
20/05/2026
Il-Programm tas-Sajf 2026, ser ikun
INT TAFU LIL GĦAWDEX?
Matul dan il-programm ser insiru nafu lil Għawdex kif qatt ma konna nafuh qabel – b’tagħrif u kurżitajiet, leġġendi u folklor, li nsibu ma' kull rokna ta' din il-gżira.
FLIMKIEN NISKOPRU D-DJAMANT F'NOFS IL-MEDITERRAN... FLIMKIEN.
Programm ta’ 5 ġimgħat li ser jibda is-Sibt, 11 ta’ Lulju 2026.
Età tat-tfal minn 6 snin ‘il fuq flimkien ma’ Ġenitur/Gwardjan.
Ħin mill-1030 sal-1130/1145
Mobile free
Min jixtieq li jattendi importanti li tibgħatu email ✉️ fuq [email protected]
Postijiet limitati
?
Gozo Central Public Library
Malta Libraries
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
18/05/2026
Remarkable Bright Creatures issibuh ukoll fuq l-ixkaffar tal- Gozo Central Public Library . Dan il-ktieb hu f'edizzjoni ta' Dyslexia-friendly għall-adulti. Dan il-ktieb hu mitbugħ, bla ebda nuqqas tal-istorja minn ktieb normali.
Dan il-ktieb tal-awtriċi Shelby Van Pelt, kien ppubblikat fl-2022, ftit tal-jiem ilu ħareġ ukoll f'format ta' film li l-atturi prinċipali huma Sally Field u Lewis Pullman.
Dejjem staqsu lil-librara tagħna għal kull tip ta' għajnuna u kif ukoll tagħrif dwar il-kotba ġodda li għandna fil-librerija li huma DYSLEXIA-FRIENDLY u li huma għall-adulti.
18/05/2026
L-Għodwa t-Tajba
Mal-ħwienet tal-kotba, inżidu l-libreriji, mhux hekk!!!
Meta tridu ejjew oqogħdu u taraw kif barra li ssibu affarijiet sbieħ, tistgħu tiltaqgħu ma' xi sorpriża.❤️
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba
11/05/2026
L-għodwa t-tajba.
Mhux l-ewwel darba, bħala librara nisimgħu l-istorja meta ssieħbu għall-ewwel darba u saru membri tal-librerija. U kemm iltaqgħu ma' stejjer u karattri f'kull ktieb li qraw, u liema huma l-awturi favoriti jew il-ġeneru li jħobbu.
Sadanittant hu faċli li ssir membri ta' Malta Libraries. Żuru l-libreriji ċentrali jew anki l-fergħat tagħna li għandna madwar il-gżejjer tagħna u kif ukoll online.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba