21/06/2026
Il-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista jawgura l-festa t-tajba liż-Żwieten kollha.
𝗩𝗶𝘃𝗮 𝗦𝗮𝗻𝘁𝗮 𝗞𝗮𝘁𝗮𝗿𝗶𝗻𝗮
Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Partit Laburista Żejtun
21/06/2026
Il-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista jawgura l-festa t-tajba liż-Żwieten kollha.
𝗩𝗶𝘃𝗮 𝗦𝗮𝗻𝘁𝗮 𝗞𝗮𝘁𝗮𝗿𝗶𝗻𝗮
17/06/2026
Kien ta' pjaċir kbir għalina li fl-aħħar jiem attendejna r-riċevimenti mtellgħa miż-żewġ Għaqdiet Mużikali tal-lokal tagħna, fejn kellna l-opportunità li niskambjaw l-isbaħ xewqat fl-okkażjoni tal-Festa ta' Santa Katarina u nwasslu donazzjoni żgħira bħala sinjal ta' appoġġ.
Dawn l-għaqdiet mhumiex biss sors ta’ mużika u briju, iżda huma l-qalb tħabbat tal-komunità tagħna, fejn iservu ta' benniena kulturali u komunitarja filwaqt li joffru spazju rikreattiv san għal ħafna żagħżagħ
Il-festa t-tajba lil kulħadd! ❤️💚
Partit Laburista | BELAND | Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina
13/06/2026
𝑩𝙞𝒍-𝒍𝙚𝒔𝙩 𝙜ħ𝙖𝒍-𝑭𝙚𝒔𝙩𝒂 🔴🟢
Matul l-aħħar ġimgħat żanżanna dawl dekorattiv ġdid għall-faċċata, rrestawrajna l-fustun u llum żejjinna l-faċċata b’liedna ġdid! 🎉🎇
Nirringrazzjaw lil Uffiċjal Ordinarju Jeffrey Micallef, il-President Brian Scicluna u lil Joseph Abela, volontier, tal-ħin biex twettaq dan ix-xogħol. 🙏🏼
𝗩𝗶𝘃𝗮 𝗦𝗮𝗻𝘁𝗮 𝗞𝗮𝘁𝗮𝗿𝗶𝗻𝗮 🤍
09/06/2026
L-ewwel deċiżjoni tal-Kabinett ta' Gvern ġdid Laburista twassal sabiex l-ambjent ta' madwar iż-Żejtun, speċifikament fl-inħawi ta' Wied iż-Żrinġ ikollhom protezzjoni ambjentali u jitneħħew miż-żona tal-iżvilupp.
Partit Laburista | Robert Abela | Kunsill Lokali Żejtun | Wirt Iż-Żejtun
Sodisfatt li l-ewwel deċiżjoni tal-Kabinett għal din il-leġiżlatura se tissiġilla protezzjoni ambjentali lil medda mdaqqsa ta’ art agrikola.
Se jkun qed jibda l-proċess biex ir-raba’ f’Wied iż-Żrinġ biswit iż-żona industrijali ta’ Bulebel jinħareġ miż-żona tal-iżvilupp.
Grazzi lill-bdiewa taż-żona, l-għaqda Wirt iż-Żejtun u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun tal-ħidma tagħhom biex dan iseħħ.
Se nkunu Gvern li jkompli jġib lin-nies l-ewwel.
04/06/2026
Nawguraw lil Carmelo Abela li jidher li se jkun qed jokkupa l-kariga ta' President tal-Kamra tar-Rappreżentanti, li huwa t-tielet l-iktar irwol importanti fil-Kostituzzjoni Maltija.
Nawguraw ukoll lil
- Chris Bonett li issa se jkun Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli
- Owen Bonnici li issa se jkun Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet
- Chris Fearne li issa se jkun Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Partit Laburista | Robert Abela
01/06/2026
🫵🇲🇹
💎💎💎
28/05/2026
Nhar is-Sibt 30 ta' Mejju, 𝗜𝗩𝗩𝗢𝗧𝗔 𝗟-𝗞𝗔𝗡𝗗𝗜𝗗𝗔𝗧𝗜 𝗞𝗢𝗟𝗟𝗛𝗔 tal-Partit Laburista. Tim kompetenti mmexxi minn Robert Abela, Prim Ministru li l-komptenza tiegħu fi żminijiet ta' prova ma jiddubita minnha ħadd!
intmalta.com 🫵🇲🇹
25/05/2026
🚩🗣️🎤 L-aħħar 𝗠𝗔𝗦𝗦 𝗠𝗘𝗘𝗧𝗜𝗡𝗚 fuq il-Fosos tal-Furjana! Trasport jitlaq fil-5:00pm minn wara l-Knisja. Kellmu lil xi membru tal-Kumitat jew ibagħtu messaġġ fuq 𝟵𝟵𝟴𝟳𝟬𝟱𝟰𝟱
📢 𝗔𝗣𝗣𝗘𝗟𝗟 biex kemm jista' jkun nużaw trasport organizzat minflok karozza privati