22/06/2026
L-Għodwa t-Tajba
Naqblu perfettament ma' dan miktub. Il-librerija jiġu jżurna kulħadd bla ebda distinzjoni. Għandna kulħadd milqugħ.
Ejjew żuruna u għidu kelma magħna jew ma' dawk li jkun hemm fil-librerija. Sadanittant issellfu ktieb b'dak is-suġġett li tixtiequ.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
15/06/2026
L-Għodwa t-Tajba.
Dalgħodu ħsiebna li naqsmu magħkom ħsieb li qasam magħna ħabib tagħna. Grazzi lis-Sur Domenico Formosa, li ikkwotat lil Abraham Lincoln.
Abraham Lincoln kien is-sittax-il President Amerikan, li twieled fit-12 ta' Frar 1809 u miet fil-15 ta' April 1865. Kellu 56 sena meta kien assassinat.
Nistiednukom tibgħatulna iktar ħsibijiet dwar kotba, libreriji u ħwienet tal-kotba li nkunu nistgħu naqsmu magħkom, ħbieb tagħna fuq il-paġna tagħna ta' Gozo Central Public Library.
Nawguralkom il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
01/06/2026
L-Għodwa t-Tajba
Il-bieb tal-librerija tagħna hu dejjem miftuħ għal kulħadd. Għal kull tip ta' għajnuna dejjem staqsu lilna l-librara.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba
25/05/2026
Please be advised that the Kercem Branch Library
will be closed this coming Saturday, 30th May 2026.
25/05/2026
L-għodwa t-tajba.
Żuru l-librerija ċentrali u l-fergħat, li għandna madwar Għawdex u żgur li ssibu l-ktieb jew kotba mixtieqa għal kuljum.📖📚📖
Dejjem staqsu lil-librara tagħna għal kull tip ta' għajnuna.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba.
20/05/2026
Il-Programm tas-Sajf 2026, ser ikun
INT TAFU LIL GĦAWDEX?
Matul dan il-programm ser insiru nafu lil Għawdex kif qatt ma konna nafuh qabel – b’tagħrif u kurżitajiet, leġġendi u folklor, li nsibu ma' kull rokna ta' din il-gżira.
FLIMKIEN NISKOPRU D-DJAMANT F'NOFS IL-MEDITERRAN... FLIMKIEN.
Programm ta’ 5 ġimgħat li ser jibda is-Sibt, 11 ta’ Lulju 2026.
Età tat-tfal minn 6 snin ‘il fuq flimkien ma’ Ġenitur/Gwardjan.
Ħin mill-1030 sal-1130/1145
Mobile free
Min jixtieq li jattendi importanti li tibgħatu email ✉️ fuq [email protected]
Postijiet limitati
?
Gozo Central Public Library
Malta Libraries
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
18/05/2026
L-Għodwa t-Tajba
Mal-ħwienet tal-kotba, inżidu l-libreriji, mhux hekk!!!
Meta tridu ejjew oqogħdu u taraw kif barra li ssibu affarijiet sbieħ, tistgħu tiltaqgħu ma' xi sorpriża.❤️
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba
11/05/2026
L-għodwa t-tajba.
Mhux l-ewwel darba, bħala librara nisimgħu l-istorja meta ssieħbu għall-ewwel darba u saru membri tal-librerija. U kemm iltaqgħu ma' stejjer u karattri f'kull ktieb li qraw, u liema huma l-awturi favoriti jew il-ġeneru li jħobbu.
Sadanittant hu faċli li ssir membri ta' Malta Libraries. Żuru l-libreriji ċentrali jew anki l-fergħat tagħna li għandna madwar il-gżejjer tagħna u kif ukoll online.
Il-Jum u l-Ġimgħa t-Tajba
04/05/2026
L-għodwa t-tajba
Il-kelma LIBRERIJI tfisser dan kollu u AKTAR.
IL-JUM U L-ĠIMGĦA T-TAJBA.