15/06/2026
Minħabba l-ftuħ tal-Parlament nhar is-Sibt li ġej, il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li jniedi l-proċess biex – kif jipprovdi l-Istatut – jaħtar jew jikkonferma lill-Kap tal-Partit wara l-elezzjoni ġenerali li saret fit-30 ta’ Mejju, issa se jsir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju, 2026.
Il-Kunsillieri tal-PN huma mistennija jattendu. Il-Kunsill Ġenerali jiftaħ fis-6:30pm u jiġi fi tmiemu bl-indirizz tal-Kap tal-PN Alex Borg.
30/05/2026
L-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni - NETnews
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni. Min jinqabad jieħu ritratt/video u jekk jinstab ħati ta’ dan ir-reat, jista’ jeħel multa u/jew priġunerija, hekk kif stabbilit fl-Att dwar l-Elezzjo...
30/05/2026
Jivvota l-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione kif ukoll Sarah Bajada - NETnews
Għall-ħabta tat-8am, ivvutaw f’Ħal Lija kemm il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione kif ukoll Sarah Bajada. Dan hekk kif issa għaddej b’ritmu tajjeb ħafna l-andament tal-votazzjoni fl-elezzjoni ġenerali. Il-votazzjoni tibqa’ għaddejja sal-10pm. NET TV U NET FM QED IŻOMMUKOM KONTINW...