16/06/2026
📢💡Avviż ta’ Qtugħ fil-Provvista tad-Dawl – 17 ta' Gunju 2026
📢💡Notice of Power Supply Interruption – 17th June 2026
Nixtiequ ninfurmawkom li l-Enemalta skedata xogħol ta’ manutenzjoni fil-provvista tad-dawl f’Marsaxlokk:
We want to inform you that Enemalta has scheduled maintenance works on the electricity supply in Marsaxlokk:
📆 Data: 17 ta' Gunju 2026
⏰ Ħin: mid- 07:00 sat-12:00
📆Date: 17th June 2026
⏰ Time: From 07:00 to 12:00
Toroq affettwati/Affected Streets:
TRIQ IL- MAQDES TA' GUNU
TRIQ IL- BIZANTINI
TRIQ XROBB L-GHAGIN
TRIQ TAS- SILG, TRIQ GDIDA FI
TRIQ L- AVUKAT CARMELO CARUANA
TRIQ L- GHOLJIET TA' GUNO
TRIQ IL- PATRIJIET TEREZJANI
TRIQ DELIMARA
15/06/2026
📢 Reminder
Għada se ssir it-tieni laqgħa tas-sensiela ta’ konsultazzjonijiet relatati mal-preparazzjoni tal-Masterplan ta’ Marsaxlokk, din id-darba ddedikata lil sidien tar-restoranti, lukandi u guest houses.
Din il-laqgħa se tagħti opportunità lil dawk involuti fis-settur biex jaqsmu l-ideat, is-suġġerimenti u t-tħassib tagħhom dwar il-futur tal-lokalità tagħna.
📅 It-Tlieta, 16 ta’ Ġunju
🕕 6:00 p.m.
📍 Id-Dar tal-Kappillan (Uffiċċju Parrokkjali ta’ Marsaxlokk – fil-Pjazza)
📢 Reminder
Tomorrow marks the second consultation meeting as part of the Marsaxlokk Masterplan process, focusing on restaurants, hotels, and guest house stakeholders.
This session offers an opportunity for those involved in the sector to share their views, ideas, and concerns about the future of our locality.
📅 Tuesday, 16 June
🕕 6:00 p.m.
📍 Parish Priest’s House (Marsaxlokk Parish Office – Main Square)
14/06/2026
🎶✨ 𝐑𝐢ħ 𝐌𝐢𝐱-𝐗𝐥𝐨𝐤𝐤 𝟐𝟎𝟐𝟔 ⚓🌊
Mużika live, marċi, divertiment, atmosfera sabiħa mal-baħar u ħafna aktar qed jistennewkom f’Riħ Mix-Xlokk 2026.
📅 Is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2026
🕢 Mis-7:30pm ’il quddiem
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
🎵 Fuq l-istages tagħna ser ikollna:
🎤 Claudia Faniello
🎸 Fuse
🎻 Kathy the Violinist
🎶 Laskaris
🎧 DJ Sue
🥁 Barra minn hekk, il-lejla tibda b’wirja spettakolari minn Cospicua Scouts Group Drums & Pipes, filwaqt li l-Banda Madonna ta’ Pompei ser timla x-Xatt b’marċi u atmosfera festiva.
🎈 Għat-tfal se jkun hemm żona b’ħafna logħob u divertiment!
📣 Ingħaqdu mal-familja u l-ħbieb u ejjew flimkien gawdu lejl memorabbli ġewwa Marsaxlokk!
🎶✨ 𝐑𝐢ħ 𝐌𝐢𝐱-𝐗𝐥𝐨𝐤𝐤 𝟐𝟎𝟐𝟔 ⚓🌊
Live music, marching bands, entertainment, a beautiful seaside atmosphere, and so much more await you at Riħ Mix-Xlokk 2026!
📅 Saturday, 20th June 2026
🕢 From 7:30pm onwards
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
🎵 Performing across our stages:
🎤 Claudia Faniello
🎸 Fuse
🎻 Kathy the Violinist
🎶 Laskaris
🎧 DJ Sue
🥁 The evening will kick off with a spectacular performance by the Cospicua Scouts Group Drums & Pipes, while the Banda Madonna ta’ Pompei will fill the waterfront with traditional marches and a festive atmosphere.
🎈 A dedicated children's area packed with games and fun activities will also be available for our younger visitors!
📣 Gather your family and friends and join us for a memorable evening in the heart of Marsaxlokk!
13/06/2026
🎧✨ 𝐀𝐤𝐭𝐚𝐫 𝐃𝐢𝐯𝐞𝐫𝐭𝐢𝐦𝐞𝐧𝐭 għar-𝐑𝐢ħ 𝐌𝐢𝐱-𝐗𝐥𝐨𝐤𝐤 𝟐𝟎𝟐𝟔! ✨🎺
Il-programm tagħna qed ikompli jimtela b’aktar mużika, tradizzjoni u divertiment! 🌊⚓
Matul il-lejla, Marsaxlokk se jkun mimli ħajja b’diversi bands, wirjiet mużikali u attivitajiet li joħolqu atmosfera unika tul ix-Xatt. 🎶✨
🥁🎺 Bħala parti mill-programm ta’ Riħ Mix-Xlokk, il-Banda Madonna ta’ Pompei, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Etienne Spiteri, ser tibda marċ fid-9:00pm minn ħdejn Skuna Restaurant u timxi tul Xatt is-Sajjieda lejn il-Pjazza, fejn se tkompli żżid mal-atmosfera festiva b’mużika tradizzjonali u divertiment għall-familja kollha. 🎶🌊
🎧🔥 Fl-10:00pm, DJ Sue se tieħu f’idejha Stage 1 fil-Pjazza, b’taħlita ta’ mużika u enerġija biex iżżomm il-festa għaddejja sa t**d fil-lejl. 🌙🎶
📅 20 ta’ Ġunju 2026
🕢 Mis-7:30pm ’il quddiem
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
Ejja ngħixu flimkien lejla mimlija mużika, tradizzjoni u divertiment fil-qalba ta’ Marsaxlokk! 🎺🎧✨
---
🎧✨ 𝐌𝐨𝐫𝐞 𝐄𝐧𝐭𝐞𝐫𝐭𝐚𝐢𝐧𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐟𝐨𝐫 𝐑𝐢ħ 𝐌𝐢𝐱-𝐗𝐥𝐨𝐤𝐤 𝟐𝟎𝟐𝟔! ✨🎺
Our programme continues to grow with more music, tradition and entertainment! 🌊⚓
Throughout the evening, Marsaxlokk will come alive with a variety of bands, musical performances and activities, creating a unique atmosphere along the waterfront. 🎶✨
🥁🎺 As part of the Riħ Mix-Xlokk programme, Banda Madonna ta’ Pompei, under the direction of Maestro Etienne Spiteri, will begin a marching performance at 9:00pm from near Skuna Restaurant and proceed along Xatt is-Sajjieda towards the Piazza, bringing traditional festive music and atmosphere to the heart of the village. 🎶🌊
🎧🔥 At 10:00pm, DJ Sue will take over Stage 1 in the Piazza, bringing a lively mix of music and energy to keep the celebrations going late into the night. 🌙🎶
📅 20 June 2026
🕢 From 7:30pm onwards
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
Join us for an evening full of music, tradition and entertainment in the heart of Marsaxlokk! 🎺🎧✨
13/06/2026
Ilbieraħ, il-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk iffirma Ittra ta' Intenzjoni għal ġemellaġġ ma' Zhoushan, fiċ-Ċina.
Għalkemm jinsabu eluf ta' kilometri 'l bogħod minn xulxin, Marsaxlokk u Zhoushan għandhom ħafna xebh. Iż-żewġ komunitajiet kibru madwar il-baħar, bil-qasam tas-sajd ikollu rwol ewlieni fl-istorja, il-kultura, l-ekonomija u l-identità tagħhom.
Marsaxlokk huwa magħruf bħala r-raħal tradizzjonali tas-sajd ta' Malta, filwaqt li Zhoushan hija waħda mill-aktar reġjuni importanti tas-sajd fiċ-Ċina u tinsab fl-akbar arċipelagu tal-pajjiż. Għandha wirt marittimu għani u industrija tas-sajd b'saħħitha, li jagħmluha sieħba naturali għall-lokalità tagħna.
Din l-inizjattiva timmarka l-bidu ta' relazzjoni ġdida mibnija fuq il-ħbiberija, l-iskambju kulturali, l-opportunitajiet turistiċi u l-kollaborazzjoni bejn żewġ komunitajiet kostali li jaqsmu l-istess valuri: rispett lejn il-baħar, xogħol dedikat u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet marittimi.
Ninsabu ħerqana li nkomplu nsaħħu r-rabtiet bejn Marsaxlokk u Zhoushan u nesploraw opportunitajiet li jkunu ta' benefiċċju għar-residenti tagħna filwaqt li nippromwovu fehim reċiproku bejn Malta u ċ-Ċina.
Ġemellaġġ mibni fuq wirt marittimu komuni u viżjoni komuni għall-futur.
Skopri s-sbuħija ta’ Zhoushan: https://www.youtube.com/watch?v=QPEi1Xy7ejk
Yesterday, Marsaxlokk Local Council signed a Letter of Intent for twinning with Zhoushan, China.
While separated by thousands of kilometres, Marsaxlokk and Zhoushan share remarkable similarities. Both communities have been shaped by the sea, with fishing playing a central role in their history, culture, economy and identity.
Marsaxlokk is renowned as Malta's traditional fishing village, while Zhoushan is one of China's most important fishing regions and is located within China's largest archipelago. The area is widely recognised for its rich maritime heritage and fishing industry, making it a natural partner for our locality.
This initiative marks the beginning of a new relationship based on friendship, cultural exchange, tourism opportunities and cooperation between two coastal communities that have grown around the same values: respect for the sea, hard work and the preservation of maritime traditions.
We look forward to strengthening ties between Marsaxlokk and Zhoushan and exploring opportunities that will benefit our residents while promoting mutual understanding between Malta and China.
A twinning built on a shared maritime heritage and a common vision for the future.
Discover the beauty of Zhoushan: https://www.youtube.com/watch?v=QPEi1Xy7ejk
13/06/2026
⚠️ AVVIŻ: QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAL-ILMA F’MARSAXLOKK ⚠️
Il-Kunsill Lokali jixtieq jinforma lir-residenti li l-provvista tal-ilma se tiġi sospiża f'dawn it-toroq:
📍Triq Il-Luzzu, Triq L-Arznell
📅 Data: it-Tnejn, 15 ta' Gunju 2026 ⏰ Ħin: Mit-8:00 AM sad-20:00 PM
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.
⚠️ NOTICE: WATER SERVICE INTERRUPTION IN MARSAXLOKK ⚠️
We would like to inform residents that the water supply will be suspended in the following areas:
📍 Triq Il-Luzzu, Triq L-Arznell
📅 Date: Monday, 15th June 2026 ⏰ Time: From 8:00 AM to 20:00 PM
We apologise for any inconvenience caused.
12/06/2026
🎻✨𝐒𝐭𝐚𝐠𝐞 𝟒 - 𝐋𝐚𝐬𝐤𝐚𝐫𝐢𝐬✨🎻
Aktar Talent għal Riħ Mix-Xlokk 2026!** 🌊⚓
Il-programm qed ikompli jieħu l-ħajja u kull stage qed iżid atmosfera speċjali mal-lejla!
Din id-darba qed niżvelaw min se jkun fuq Stage 4... Laskaris🎶🌙
B’sound ta’ soft rock u melodiji li jħallu emozzjoni, Laskaris se jġibu sett pjaċevoli u mimli karattru fuq il-palk.
👀 U għad fadal aktar x’nżvelaw dalwaqt...
📅 20 ta’ Ġunju 2026
🕢 7:30pm
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
---
🎻✨𝐒𝐭𝐚𝐠𝐞 𝟒 - 𝐋𝐚𝐬𝐤𝐚𝐫𝐢𝐬✨🎻
More Talent for Riħ Mix-Xlokk 2026!** ✨🎻
The programme keeps building and every stage is adding more atmosphere to the night 🌊⚓
This time we reveal Stage 4... Laskaris 🎶🌙
With a soft rock sound and melodic style, they’ll bring a set full of emotion and character to the stage.
👀 More to be revealed soon...
📅 20th June 2026
🕢 7:30pm
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
11/06/2026
🎻✨ 𝐀𝐤𝐭𝐚𝐫 𝐓𝐚𝐥𝐞𝐧𝐭 𝐠ħ𝐚𝐥 𝐑𝐢ħ 𝐌𝐢𝐱-𝐗𝐥𝐨𝐤𝐤 𝟐𝟎𝟐𝟔! ✨🎻
Il-programm tagħna qed ikompli jieħu l-ħajja! 🌊⚓
Din id-darba qed niżvelaw min se jkun qed jieħu Stage 3... Kathy the Violinist! 🎶🌟
Bil-ħila tagħha fuq il-vjolin u prestazzjonijiet li joħolqu atmosfera tassew unika, Kathy se tkun qed ittella' prestazzjoni li żgur se żżid karattru u atmosfera speċjali mal-lejla.
🎵 Minn melodiji sbieħ sa mumenti memorabbli, Stage 3 qed jitħejja biex joffri esperjenza mill-isbaħ għal kull min iħobb il-mużika live.
👀 U għadna ma żvelajniex kollox... aktar artisti, aktar divertiment u aktar sorpriżi dalwaqt!
📅 20 ta' Ġunju 2026
🕢 7:30pm
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
🎻✨ 𝐌𝐨𝐫𝐞 𝐓𝐚𝐥𝐞𝐧𝐭 𝐂𝐨𝐦𝐢𝐧𝐠 𝐭𝐨 𝐑𝐢ħ 𝐌𝐢𝐱-𝐗𝐥𝐨𝐤𝐤 𝟐𝟎𝟐𝟔! ✨🎻
Our programme continues to come to life! 🌊⚓
This time, we're revealing who will be taking over Stage 3... Kathy the Violinist! 🎶🌟
With her exceptional violin skills and captivating performances, Kathy is set to deliver a show that will bring a unique atmosphere and unforgettable moments to the evening.
🎵 From beautiful melodies to memorable performances, Stage 3 is shaping up to be a must-see experience for all lovers of live music.
👀 And we're not done yet... more artists, more entertainment, and more surprises will be revealed soon!
📅 20th June 2026
🕢 7:30pm
📍 Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
11/06/2026
Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu lil Coast is Clear u lit-tim dedikat tal-għaddasa tagħhom, kif ukoll lil Victor Fenech , ħaddiem tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, għall-impenn u l-ħidma tagħhom waqt l-attività ta’ tindif li saret fil-Bajja tal-Kalanka, Delimara.
Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, tneħħa ammont sostanzjali ta’ skart mill-qiegħ tal-baħar.
Issa nistgħu flimkien ingawdu minn bajja aktar nadifa!
Marsaxlokk Local Council would like to express its appreciation to Coast is Clear and their dedicated team of divers, as well as to Victor Fenech, an employee of Marsaxlokk Local Council, for their commitment and hard work during the clean-up activity carried out at Kalanka Bay, Delimara.
Through this collaboration, a substantial amount of waste was removed from the seabed.
Together, we can now enjoy a cleaner and more beautiful bay for everyone.