Għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li qed jikkummentaw dwar is-siġra li qed tnaqqas il-viżibilità fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, nixtiequ niċċaraw is-sitwazzjoni.
Bħala Kunsill Lokali, ressaqna din il-kwistjoni lil Ambjent Malta f’diversi okkażjonijiet, peress li din hija triq arterjali u taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Madankollu, dejjem ġejna infurmati li ż-żbir jew it-tneħħija tas-siġra f’dan il-perjodu jista’ jipperikola s-saħħa tagħha u saħansitra jwassal biex tmut.
Is-Sindku, anke il-bieraħ stess, kienet f’kuntatt ma’ Ambjent Malta sabiex jiġu esplorati soluzzjonijiet possibbli għal din il-problema.
Għalhekk, mhuwiex ġust li l-Kunsill jiġi akkużat jew jingħata t-tort mingħajr ma jkunu magħrufa l-fatti kollha. Is-Sindku, flimkien mal-Kunsilliera, qed ikomplu jaħdmu b’impenn fuq din il-kwistjoni, iżda ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet jew iwettqu azzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll jew ir-responsabbiltà tagħhom.
L-Imqabba Local Council
Merħba fil-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba L-importanza tal-Imqabba tibqa’ murija fil-fdalijiet arkeoloġiċi misjuba fil-viċinanzi tal-Imqabba. A.
L-Imqabba huwa villaġġ żgħir li jinsab fin-nofs in-nhar ta’ Malta u li fih jgħixu madwar 3,300 resident. Għalkemm l-Imqabba huwa villaġġ żgħir ħafna, huwa uniku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ġebla tal-franka li tinsab f'Malta ġejja mir-raħal tal-Imqabba. Għaldaqstant dan il-villaġġ huwa speċjali għax huwa mogħni bl-uniku riżorsi naturali misjuba fuq din il-gżira. Il-maġġoranza tad-djar li hawn M
20/06/2026
Is-Sindku flimkien mal-Viċi Sindku, il-Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, jixtiequ jawguraw il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju t-tajba lill-Imqabbin kollha.
Matul l-aħħar laqgħa tal-Kunsill li saret nhar il-Ħamis 11 ta’ Ġunju, waqt il-komunikazzjoni tas-Sindku ngħata rendikont tal-progress fuq numru ta’ proġetti u inizjattivi li bħalissa qed jitwettqu fil-lokalità.
✅ Ġie ffirmat Memorandum of Understanding (MOU) li permezz tiegħu biċċa art tal-Gvern ser tgħaddi taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali flimkien maż-żewġ Soċjetajiet Mużikali. L-intenzjoni ewlenija hija li parti sostanzjali minn din l-art tiġi żviluppata f’parkeġġ għall-benefiċċju tar-residenti u l-viżitaturi. Għalkemm dan jirrappreżenta pass importanti ’l quddiem, għad hemm diversi proċeduri amministrattivi li jridu jitlestew qabel ma jkun jista’ jibda x-xogħol.
✅ Is-Sindku ġiet infurmata li bħalissa għaddej il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tenders relatati mal-bini ta’ Ċentru Ċiviku ġdid kif ukoll mal-proġett tal-Ġnien tal-Ġibjun.
✅ Wara komunikazzjoni diretta mal-Ministru responsabbli minn Transport Malta, tlesta x-xogħol fuq id-dwal tal-bypass, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ triq arterjali.
✅ Ix-xogħlijiet fi Triq il-Parroċċa bdew mingħajr ma l-Kunsill kien mgħarraf minn qabel. Minnufih sar kuntatt mal-awtoritajiet konċernati u ntlaħaq ftehim sabiex dawn ix-xogħlijiet jiġu sospiżi sakemm jgħaddu l-festi u jintemm il-perjodu skolastiku. Is-Sindku enfasizzat l-importanza li l-Kunsill ikun dejjem infurmat minn qabel dwar kull intervent li jista’ jaffettwa lir-residenti jew il-fluss tat-traffiku.
✅ Ix-xogħlijiet fuq il-bankini ta’ Pjazza Ġublew tad-Djamanti qed jimxu b’pass sodisfaċenti ħafna, u parti kbira minnhom diġà tlestiet.
✅ Wara laqgħat u diskussjonijiet ma’ Projects Green dwar il-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet tat-tfal fi Ġnien Ongi Ongella, is-Sindku ġiet infurmata li t-tender bħalissa jinsab fil-fażi ta’ preparazzjoni. Barra minn hekk, fis-16 ta’ Ġunju saru testijiet ġeoloġiċi relatati ma’ dan il-proġett.
✅ Wara testijiet tekniċi li saru fi Ġnien Mikielanġ Sapiano, instabet problema ta’ tnixxija bejn il-bust u l-funtana. Sabiex din il-ħsara tissewwa, ser ikun meħtieġ intervent f’parti mill-ġnien. Il-Kunsill qed jaħdem sabiex ix-xogħlijiet isiru bl-inqas inkonvenjent possibbli, filwaqt li qed jesplora wkoll opportunitajiet ta’ finanzjament addizzjonali biex isir titjib aktar estensiv f’dan l-ispazju pubbliku.
🚌 AVVIŻ DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU – GĦELUQ TA’ TOROQ U DEVJAZZJONIJIET TAL-KAROZZI TAL-LINJA FIL-MQABBA 🚌
Minħabba għeluq ta’ toroq fil-Pjazza tal-Mqabba u fil-By-Pass tal-Mqabba, ser ikun hemm tibdil fis-servizz tal-karozzi tal-linja nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju u s-Sibt 20 ta’ Ġunju 2026 matul il-ġurnata kollha, kif ukoll nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2026 mill-4:00pm ’il quddiem.
____________________
ROTTA 72:
Karozzi tal-linja li ġejjin minn Ħal Luqa lejn l-Imqabba ser jgħaddu minn Triq iż-Żurrieq u Triq Tal-Bebbux, ikomplu lejn Triq it-Tempesta u jerġgħu jidħlu fl-Imqabba. Il-vjaġġ tar-ritorn ser jgħaddi minn Triq Tal-Bebbux u jsegwi l-istess devjazzjoni fid-direzzjoni opposta.
Waqfiet affettwati: Mentna (3759/4001), Ħaġra (1502/1511), Ġilju (1503/1510), Bażlju (1504/1509), Mqabba (336/347), Ikħal (335/348) u Andar (334/349).
____________________
ROTOT 117 U 218:
Karozzi tal-linja li ġejjin mil-Qrendi lejn l-Imqabba ser itemmu l-vjaġġ tagħhom fil-waqfa 6439 – Mqabba Cherrett. Il-vjaġġ tar-ritorn ser jibda mill-istess waqfa u jkompli direttament lejn il-Qrendi.
Waqfiet affettwati: Mentna (3759), Ħaġra (1502), Ġilju (1503), Bażilju (1504) u Konvoj (6258).
Ir-residenti huma mħeġġa jippjanaw il-vjaġġi tagħhom kif meħtieġ.
______________________________________________
🚌 PUBLIC TRANSPORT NOTICE – MQABBA ROAD CLOSURES AND BUS DIVERSIONS 🚌
Road closures in Mqabba Centre and the Mqabba By-Pass will affect bus services on Friday 19th June and Saturday 20th June 2026 throughout the day, and on Sunday 21st June 2026 from 16:00 onwards.
____________________
ROUTE 72:
Buses coming from Luqa towards Mqabba will divert through Triq iż-Żurrieq and Triq Tal-Bebbux, continuing to Triq it-Tempesta before re-entering Mqabba. The return journey will pass through Triq Tal-Bebbux and follow the same diversion in the opposite direction.
Bus stops affected: Mentna (3759/4001), Hagra (1502/1511), Gilju (1503/1510), Bazilju (1504/1509), Mqabba (336/347), Ikhal (335/348) and Andar (334/349).
____________________
ROUTES 117 & 218:
Buses coming from Qrendi towards Mqabba will terminate at bus stop 6439 – Mqabba Cherrett. The return journey will depart from the same bus stop and proceed directly towards Qrendi.
Bus stops affected: Mentna (3759), Hagra (1502), Gilju (1503), Bazilju (1504) and Konvoj (6258).
Residents are kindly advised to plan their journeys accordingly.
5 🇲🇹 Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tavża li minħabba xogħlijiet fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, nhar it-Tnejn 15 ta' Ġunju 2026 bejn is-7:00a.m. u is- 1pm il-provvista tal-elettriku tista' tkun sospiża f'dawn it-toroq:
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ ANNETTO A. CARUANA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ IL- BARUMBARA
TRIQ L- AHWA GHIGO
Għal aktar informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq 8007 2224 jew iżżuru s-sit https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/
🏴 Enemalta Corporation would like to advise that due to network maintenance and upgrade works, the electricity supply may be suspended in the following roads on Monday 15th June 2026 between 7:00a.m. & 1.00pm.
TRIQ IL- MADONNA TAL-GILJU
MISRAH IL- MISSJONI Z-ZGHIRA
TRIQ ANNETTO A. CARUANA
TRIQ TAS- SEJBA
TRIQ IL- BARUMBARA
TRIQ L- AHWA GHIGO
Further information can be obtained by calling 8007 2224 or through the website https://www.enemalta.com.mt/planned-power-cuts/ See less
Planned power cuts - Enemalta Live Power Outage Map Current outages, planned and unplanned, are indicated on the map. Our team is doing its utmost to have your electricity supply restored as soon as possible. If you have no power and your area is not indicated on this map, check your
10/06/2026
Zebgha l-bankijiet gewwa Gnien Misrah il-Missjoni z-Zghira, mill-haddiema tal-Kunsill.
🚌PUBLIC TRANSPORT NOTICE – MQABBA🚌
From Saturday 6th June until Sunday 21st June 2026, road closures in the centre of Mqabba will affect Routes 72, 74, 117 and 218 throughout the day.
-------------
ROUTE 74
Buses coming from Qrendi towards Mqabba will divert via Triq is-Sejba and will not serve Mqabba Centre.
Bus stops affected: Bazilju, Hagra, Gilju and Konvoj.
-------------
ROUTES 117 & 218
Buses coming from Qrendi towards Mqabba will divert through Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (Mqabba Bypass) and will terminate at Saljatura, without serving Mqabba Square.
Bus stops affected: Mentna, Hagra, Gilju and Bazilju.
-------------
ROUTE 72
Buses coming from Qrendi towards Mqabba will divert through Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (Bypass) and will not serve Mqabba Centre.
Bus stops affected: Bazilju, Gilju, Hagra and Mentna.
📢 Avviż dwar il-ġbir tal-iskart
Il-Kunsill Lokali tal-Imqabba javża lir-residenti li minħabba problemi operattivi, il-ġbir tal-iskart skedat għal-lum għadu ma sarx.
Il-Kunsill, flimkien ma’ Reġjun Punent, qed isegwi s-sitwazzjoni mal-partijiet ikkonċernati sabiex il-problema tiġi indirizzata u l-iskart jinġabar mill-aktar fis possibbli.
Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent u nirringrazzjawkom tal-paċenzja u l-koperazzjoni tagħkom.
📢 Notice regarding waste collection
The Mqabba Local Council would like to inform residents that due to operational issues, today's scheduled waste collection has not yet taken place.
The Council, together with the Western Region, is following the situation with the relevant parties to ensure that the issue is addressed and the waste is collected as soon as possible.
We apologise for any inconvenience caused and thank you for your patience and cooperation.
04/06/2026
Inghaqdu maghna ghal gurnata rilassanti.
03/06/2026
🇲🇹 It-Truck tal-WasteServ ser ikun f'Misraħ il-Fidwa (biswit Ġnien Onġi Onġella), l-Imqabba, Għada l-Ħamis 4 ta' Ġunju 2026 bejn 1:30pm u 4pm.
Infakkru illi permezz ta' dan is-servizz, il-pubbliku jista' jiddisponi minn:
✅ Tessuti
✅ Żejt tal-ikel
✅ Bozoz
✅ Tubi
✅ Ġablow
✅ Ħġieġ
✅ Plastik
✅ Metall
✅ Karti u Kartun
✅ Batteriji
Grazzi lil kulħadd.
🏴 The WasteServ truck will be in Misraħ il-Fidwa (next to Onġi Onġella Garden), Mqabba Tomorrow Thursday 4th June 2026 between 1:30pm & 16:30pm
May we remind you that one may dispose of the following :
✅ Textiles
✅ Cooking Oil
✅ Light Bulbs
✅ Light Tubes
✅ Polystyrene
✅ Glass
✅ Plastic
✅ Metal
✅ Paper & Cardboard
✅ Batteries
Thank you. See less
Click here to claim your Sponsored Listing.
Location
Category
Contact the business
Telephone
Address
29, Triq Il-Parrocca
Mqabba
MQB1512
Opening Hours
| Monday | 08:00 - 16:00 |
| Tuesday | 08:00 - 16:00 |
| Wednesday | 08:00 - 16:00 |
| Thursday | 08:00 - 16:00 |
| Friday | 08:00 - 16:00 |
| Saturday | 08:00 - 11:00 |
