12/06/2026
Il-Kumitat kollu jixtieq jawgura l-isbaħ xewqat lil Mariah Meli u lil Rebecca Buttigieg, li ġew eletti mid-Disa’ Distrett fl-elezzjoni każwali f’isem il-Partit Laburista.
Huma ser jimlew is-siġġijiet parlamentari li ġew ċeduti mill-Ministru tal-Ġustizzja, Clifton Grima, u mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon.
Nawgurawlhom kull suċċess fil-ħidma parlamentari tagħhom u ninsabu ċerti li ser jaqdu dmirijiethom b’dedikazzjoni, impenn u sens qawwi ta’ servizz lejn iċ-ċittadini tad-Disa’ Distrett u lejn il-pajjiż kollu.
Prosit u awguri sinċieri. 🎉🇲🇹
30/05/2026
Grazzi talli kontu parti minn din il-kampanja 🇲🇹
28/05/2026
Matul dawn l-aħħar tlett ijiem inkluż illum, l-aħħar jum tal-kampanja elettorali, l-istazzjon ONE qed iwassal xandiriet speċjali li, għall-ewwel darba, qed isiru minn barra l-istazzjon.
Dan wara li ONE żamm udjenzi kbar hekk kif bena l-kampanja fuq diversi programmi diretti li jaġġornaw lis-segwaċi numerużi tal-istazzjon.
Illum ix-xandiriet ikomplu b’mod dirett bi programmi speċjali fejn ser jibqa’ jxandar b’mod dirett sal-għeluq tal-kampanja elettorali f’nofsillejl.
25/05/2026
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
ELEZZJONI ĠENERALI – 30 TA’ MEJJU, 2026
Irtirar ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh PERSONALMENT mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal- Voti, in-Naxxar.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista’ jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 25, it-Tlieta 26 u l-Erbgħa 27 ta’ Mejju, 2026:
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 28 ta’ Mejju, 2026 (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
TRID TIĠI PPREŻENTATA L-KARTA TAL-IDENTITA’ PERSONALMENT
L-EBDA DOKUMENT IEĦOR MA JISTA’ JKUN AĊĊETTAT
GĦAL DAN L-ISKOP