Ħal Safi Local Council

Ħal Safi Local Council

Share

Il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi. The official page of the Ħal Safi Local Council. The origin of the village's name is uncertain. Paul.

The village of Safi, or Ħal Safi, situated in the south of Malta, is the home to 2066 inhabitants (NSO Census 2011). Probably, it derived its name from the fresh, pure (safi) air that surrounds it. Another theory is that during a nationwide epidemic, none of the residents of Ħal Safi were contaminated. The village's motto 'sine macula' and its coat of arms both emphasize the origin of its name. Th

18/06/2026

Laqgħa Annwali tal-lokalita’

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi jgħarraf li ser issir Laqgħa Annwali tal-Lokalita’ nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2026, fil-Kunsill Lokali, 40 Triq l-Iskola, Ħal Safi, fis-6.00pm.

Aġenda:
1) Rapport Amministrattiv
2) Rapport ta' Ħidma mis-Sindku u l-Kunsilliera

Ir-residenti li isimhom jidher fl-aħħar ħarġa tar-Reġistru Elettorali huma mistiedna biex jattendu u jipparteċipaw fid-diskussjoni. Min hu nteressat jattendi għandu jċempel fuq 21689168 jew jibgħat e-mail fuq [email protected] biex jirriserva post.

_______________________________________________________________________

Annual Locality Meeting

The Ħal Safi Local Council notifies the residents that the Annual Locality Meeting shall be held on Wednesday 24th June 2026, at the Local Council, 40, School Street, Ħal Safi at 6.00pm.

Agenda:
1) Administrative Report
2) Mayor's and Councillors Report

All residents whose names appears in the last Electoral Register of Ħal Safi are invited to attend and participate in the discussion. Residents interested in attending are kindly requested to call the Local Council on 21689168 or send an email on [email protected]

18/06/2026

Il-Kunsill Lokali jixtieq javża lir-residenti li s-Sibt 20 ta’ Ġunju mis-6.00am sal-11.00pm, Misraħ il-Knisja sa tkun magħluqa għat-traffiku minħabba l-attività Minn Pjazza Għal Pjazza. Il-karozzi tal-linja bejn dawn il-ħinijiet sa jgħaddu minn DIRETTAMENT MINN TRIQ IL-KUĊĊARD, IŻ-ŻEWĠ DIREZZJONIJIET. Rotot affettwati: 71, 73, 117, 218. Matul dan il-ħin tistgħu tużaw il-bus stops ta’ Triq Barcellona jew ta’ Triq San Ġwann (ta’ ħdejn il-Lidl Supermarket).

The Local Council wish to inform the residents of BUS Diversion BOTH DIRECTIONS due road closure of Church Square for the activity Minn Pjazza għal Pjazza on Saturday 20th June from 6.00am till 11.00pm. The Buses will pass DIRECTLY FROM TRIQ IL-KUĊĊARD. During these times you may use the bus stops at Vjal ix-Xarolla or that of St. John Street (next to Lidl Supermarket). Routes effected 71, 73, 117, 218.
Parroċċa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - Ħal Safi
Safi Primary School
Ħal Safi, Malta
Residenti Ħal Safin
Safi Branch Library
Kultura
Reġjun Punent
Gvern Lokali

15/06/2026

Avviż dwar il-ħinijiet tal-ftuħ
tal-Kunsill Lokali fis-Sajf

Nixtiequ ninfurmawkom li mit-Tlieta 16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi huma skont kif ġej:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa:
mit-8.00am sas-1.30pm
is-Sibt: mit-8.00am sal-11.30am

Notice regarding the opening hours of the Local Council in Summer

We would like to inform you that as from Tuesday 16th June up to 30th September, the opening hours of Ħal Safi Local Council are as follows:

From Monday to Friday:
from 8.00am till 1.30pm
Saturday: from 8.00am till 11.30am
Parroċċa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - Ħal Safi
Safi Primary School
Residenti Ħal Safin
Ħal Safi, Malta

15/06/2026

Il-Korporazzjoni Enemalta qed tinforma lir-residenti ta’ Ħal Safi li t-Tlieta 16 ta’ Ġunju, mis-7.00am sal-11.30am jista’ jkun hemm qtugħ ta' dawl f'dawn it-toroq imsemmija hawn taħt. L-Enemalta tiskuża ruħha tal-inkonvenjent.
TRIQ IN-NASSABA
TRIQ SAN PAWL
TRIQ IL-PUNICI
TRIQ BIEB IL-GARRA
TRIQ L-IBRAG
TRIQ XANDRU FARRUGIA
TRIQ IL-KUCCARD

Enemalta informs all Ħal Safi residents that there might be electricity cut of the below mentioned streets on Tuesday 16th June from 7.00am till 11.30. Enemalta apologises for the inconvenience.
TRIQ IN-NASSABA
TRIQ SAN PAWL
TRIQ IL-PUNICI
TRIQ BIEB IL-GARRA
TRIQ L-IBRAG
TRIQ XANDRU FARRUGIA
TRIQ IL-KUCCARD
Ħal Safi, Malta
Safi Primary School
Parroċċa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - Ħal Safi
Residenti Ħal Safin
Enemalta plc

Photos from Minn Pjazza Għal Pjazza's post 13/06/2026
13/06/2026

Minn Pjazza għal Pjazza jasal Ħal Safi 📍

Lejla oħra ta’ kultura, komunità u attivitajiet fil-qalba tal-lokalità.

📍 Ħal Safi, Misraħ il-Knisja
📅 Is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2026
🕖 Mis-7pm ’il quddiem

Ibqgħu segwuna għal aktar dettalji 👀

Minn Pjazza għal Pjazza – Kull pjazza ssir palk, u kull ġrajja ssir mument kulturali.

Kultura Gvern Lokali

13/06/2026

Għada huwa jum speċjali għall-Kunsilliera Claire Zammit li flimkien mal-maħbub tagħha Gareth se jkunu qed jingħaqdu flimkien fis-Sagrament taż-Żwieġ.

F'isem is-Sindku, Viċi Sindku, Kunsilliera, Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill inwasslu l-isbaħ xewqat lil Claire u Gareth għal dan il-pass tant importanti f'ħajjithom.

Nawgurawlhom futur mimli mħabba, rispett, paċi, saħħa u ferħ, filwaqt li għada ningħaqdu flimkien biex niċċelebraw dan il-jum tant speċjali magħkom.

Awguri mill-qalb Claire u Gareth! 💍❤️

12/06/2026

Bidla fil-ġurnata u l-ħin:
TRAKK SORT IT OUT TAL-WASTESERV

Għandek bżonn tarmi Tessuti, Żejt tal-ikel, Bozoz, Tubi, Ġablow, Ħġieġ, Plastik jew metall?

Nixtiequ ninfurmakom li t-Tlieta 16 ta’ Ġunju se jkun hawn it-trakk tar-riċiklaġġ tas-Sort It Out tal-Wasteserv quddiem il-Kunsill Lokali minn-12.30pm sa 4.30pm.

Need to dispose of Textiles, Cooking Oil, Light Bulbs & Light Tubes, Polystyrene, Glass, Plastic or metal?

The Local Council informs that the recycle Wasteserv Sort It Out truck is coming this Tuesday 16th June between 12.30pm and 4.30pm in front of the Local Council. Thank you.
Parroċċa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - Ħal Safi
Ħal Safi, Malta
Residenti Ħal Safin
Safi Primary School
Safi Branch Library
WasteServ

Want your business to be the top-listed Government Service in Safi?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Telephone

Address


40, Dar Il-Kunsill, Triq L-Iskola
Safi

Opening Hours

Monday 08:00 - 13:30
Tuesday 08:00 - 13:30
Wednesday 08:00 - 13:30
Thursday 08:00 - 13:30
Friday 08:00 - 13:30
Saturday 08:00 - 11:30