26/06/2026
MT: Stqarrija Konġunta mill-OHSA u l-BCA
B'referenza għall-inċident fi Triq Reggie Miller, fil-Gżira, fejn ċeda scaffolding, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed jinvestigaw dan il-każ li fih ma weġġa' ħadd.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ċeda waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet. Aktar investigazzjonijiet se jwasslu biex jiddeterminaw il-kawża ta' dan l-inċident. Il-kuntrattur u l-iżviluppatur kellhom il-permessi neċessarji mill-Awtoritajiet għax-xogħlijiet li kienu għaddejjin.
Bħalissa għaddejja operazzjoni, taħt is-sorveljanza taż-żewġ awtoritajiet, li fiha qed jitneħħa l-iscaffolding biex terġa' tinfetaħ it-triq.
EN: Joint Statement by the OHSA and the BCA
With reference to the incident in Reggie Miller Street, Gżira, where scaffolding collapsed, the Occupational Health and Safety Authority (OHSA) and the Building and Construction Authority (BCA) are investigating the incident, where no injuries are being reported.
Preliminary investigations indicate that the scaffolding collapsed while works were being carried out. Further investigations are underway to determine the cause of the incident. The contractor and the developer had obtained the necessary permits from the relevant authorities for the works being undertaken.
An operation is currently underway, under the surveillance of both authorities, to remove the scaffolding so that the road can be reopened.
Building & Construction Authority | Infrastruttura
25/06/2026
Temp ta’ Sħana u Xogħol fuq Barra
Jean Paul Xuereb, Uffiċjal mal-OHSA, illum ser ikun qed jipparteċipa fil-programm Malta Llejla fl-16:30 fuq Net📺. Tul il-programm, ser ikun qed jiddiskuti:
✅Kif jista’ ħaddiem jiġi affettwat mis-sħana u temperaturi għoljin
✅Il-linji gwida u l-miżuri li wieħed jista’ jieħu biex jipproteġi lill-ħaddiema tiegħu u anke lilu nnifsu
✅Il-messaġġ tal-Awtorità lill-pubbliku hekk kif l-iskeda televiżiva waslet lejn l-aħħar
| Infrastruttura
23/06/2026
Flimkien ma Dr Josianne Cutajar, l-Kap Eżekuttiv tal-OHSA tkellimna dwar
l-istaġun tas-sajf. Kulħadd jitkellem fuq is-sħana, u nafu li din għandha effett fuq kull persuna inkluż il-ħaddiema. Nafu wkoll li l-Awtorità s-sena l-oħra għaddiet liġi biex tipproteġi lill-ħaddiema. Fil-liġi li għaddejtu tajtu linji gwida. X’inhuma dawn il-linja gwida u x’miżuri wieħed jista’ jieħu biex jipproteġi lill-ħaddiema tiegħu u anke lilu nnifsu? Jekk tixtiequ issegwu din it-tahdita tistghu tarawha on demand fuq TVM.COM.MT
23/06/2026
Temp ta’ Sħana u Xogħol fuq Barra
Dr Josianne Cutajar, il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA, illum ser tkun qed tipparteċipa fil-programmi Niskata fis-13:40 fuq TVM 📺u Bil-Fatti fis-18:30 fuq One 📺.
Tul iż-żewġ programmi, ser tkun qed tiddiskuti:
✅Kif jista’ ħaddiem jiġi affettwat mis-sħana u temperaturi għoljin
✅Il-linji gwida u l-miżuri li wieħed jista’ jieħu biex jipproteġi lill-ħaddiema tiegħu u anke lilu nnifsu
✅Il-messaġġ tal-Awtorità lill-pubbliku hekk kif l-iskeda televiżiva waslet lejn l-aħħar.
Segwuna!
| Infrastruttura
19/06/2026
https://www.facebook.com/share/p/17yUGQsHHK/
A strong safety culture is built on shared responsibility, and our Safety Committee is a key part of that foundation🛡️🤝
As part of our ongoing commitment to the highest standards of workplace safety and employee wellbeing, our committee members undertook the Workers’ Health and Safety Representative (WHSR) Awareness Course provided by OHSA MALTA - Occupational Health and Safety Authority
This training enhances their ability to act as effective representatives, support risk‑reduction initiatives, and uphold the principles of the Health and Safety at Work Act.
We value the important role they play in safeguarding our people and strengthening our operational excellence✨
15/06/2026
Saħħa u Sigurtà fuq ix-Xogħol - Taħriġ bla Ħlas
Luca Baldacchino, Communications and PR Manager mal-OHSA se jipparteċipa fil-programm Bil-Fatti, illum fis-18:30 fuq One📺. Huwa se jiddiskuti t-taħriġ bla ħlas li qed toffri l-Awtorità lil diversi entitajiet u individwi. Matul il-programm se jiġu indirizzati:
✅ Il-korsijiet ta’ taħriġ li qegħda toffri l-Awtorità
✅ Min jista’ japplika u jibbenefika minn dan it-taħriġ bla ħlas offrut mill-Awtorità
✅ Kif huwa mqassam u offrut dan it-taħriġ
✅ X’għandu jagħmel wieħed biex japplika