Gvern Lokali

Gvern Lokali

Share

Il-paġna uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali

Photos from Gvern Lokali's post 26/06/2026

Flimkien maċ-Chairperson tal-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali, Jason Micallef, żorna l-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali fejn rajna mill-qrib il-ħidma li qed issir biex dan l-ispazju jkompli jitjieb u jitgawda minn kulħadd. 🌳

Impenn kontinwu biex inkomplu ninvestu fi spazji pubbliċi ta' kwalità għall-familji u l-komunità kollha. 🤝 🇲🇹

Alison Zerafa Civelli

24/06/2026

Lejla oħra ta’ mużika, divertiment u talent Malti, nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju fil-Baċir Numru 1, Bormla.

Ira Losco Kurt Calleja u diversi artisti Maltin oħra se jingħaqdu għal Dock Music 2026. 🎶

24/06/2026

Filwaqt li ħafna minna għadna reqdin, kien hemm min diġà beda l-ġurnata tiegħu biex iżomm it-toroq tagħna nodfa u sbieħ. 🌅🧹

Grazzi lill-ħaddiema kollha tat-tindif li b’dedikazzjoni u impenn jaħdmu kmieni filgħodu għall-ġid tal-komunitajiet tagħna. 👏

Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division | Alison Zerafa Civelli

22/06/2026

Skopri l-Isla b’mod differenti!

“Ħġejjeġ” qed terġa’ tqajjem tradizzjoni antika permezz ta’ esperjenza kulturali immersiva li se tieħdok minn sit storiku għal ieħor fil-qalba tal-Isla.

📍 Isla
📅 27 ta’ Ġunju | 7:30pm – 11:00pm

Alison Zerafa Civelli | Kunsill Lokali l-Isla

Photos from Gvern Lokali's post 19/06/2026

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettaq xogħlijiet fi tliet żoni ta’ Għar Lapsi, bil-għan li jsaħħaħ l-infrastruttura eżistenti, itejjeb l-aċċessibbiltà u jkompli jissalvagwardja s-sigurtà ta’ kull min iżur din iż-żona popolari.

Public Works Department Malta
Alison Zerafa Civelli

18/06/2026

Ikomplu għaddejin ix-xogħlijiet fiż-żona ta’ Għar Lapsi mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi.

Public Works Department Malta
Alison Zerafa Civelli

26/05/2026

42 kunsill lokali se jibbenefikaw mill-iskema tal-attivitajiet kulturali b’finanzjament ta’ €780,000 biex jorganizzaw diversi festivals, kunċerti u inizjattivi komunitarji li jkomplu jsaħħu l-identità kulturali tal-lokalitajiet.

20/05/2026

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mas-Sindku ta’ Bormla Marco Agius żaru xogħlijiet ta’ tisbiħ li bħalissa għaddejjin f’diversi toroq u żoni fil-lokalità ta’ Bormla.

Waqt iż-żjara tħabbar ukoll it-tisħiħ tas-servizz ta’ trasport għall-anzjani permezz ta’ vann ġdid, li se jkun qed iwassal lir-residenti lejn tliet ċentri tas-saħħa ewlenin: l-Isptar Mater Dei, San Vinċenz de Paul u ċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran.

Investiment fil-komunità u fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Local Government Division l Marco Agius - Wefi - Sindku Bormla

19/05/2026

Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn ARMS Ltd u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, numru ta' Kunsilli Lokali ser iwasslu servizz ġdid ta’ ħlas direttament mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali.

Dan il-proġett pilota huwa pass ieħor lejn gvern lokali aktar modern, effiċjenti u ffukat fuq il-ħtiġijiet reali tan-nies.

Alison Zerafa Civelli l Miriam Dalli l Local Councils' Association Malta

16/05/2026

Il-wirt storiku u reliġjuż tal-Kottonera qed ikompli jingħata ħajja ġdida permezz ta’ proġetti estensivi ta’ restawr f’Bormla.

Matul żjara fuq il-post, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, Joe Mizzi, segwew ix-xogħlijiet ta’ konservazzjoni li qed isiru fuq diversi siti ekkleżjastiċi fil-Kottonera.

Kottonera Foundation

Want your business to be the top-listed Government Service in Valletta?

Click here to claim your Sponsored Listing.

Location

Address


Valletta