23/06/2026
‼️ 👀 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir kbir iħabbar isem l-ewwel mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 - Ian Rankin!
🏴 🕵️♂️ Il-karattru tal-Ispettur Rebus li ħoloq dan il-kittieb Skoċċiż ta' fama internazzjonali jista' faċilment jitqies bħala simbolu tal-ġeneru tad-ditektiv, bħalma huma oħrajn bħal Salvo Montalbano, Philip Marlowe, u Hercule Poirot. L-Ispettur Rebus jidher f'aktar minn 20 ktieb li kollha kisru r-rekords tal-bejgħ, kif ukoll ġew addattati għat-televixin.
🔎 🗣️ Waqt il-Festival Rankin se jmexxi masterclass dwar il-kitba ġjalleska, imbagħad ikun intervistat u jkun hemm sessjoni ta' ffirmar ta' kotba.
👇 Aktar dettalji
https://ktieb.org.mt/mt/uncategorized-mt/il-kittieb-skocciz-ta-fama-internazzjonali-ian-rankin-ghall-festival-nazzjonali-tal-ktieb-26/
***
‼️ 👀 The National Book Council is thrilled to announce the first special guest of the Malta Book Festival 2026 – Ian Rankin!
🏴🕵️♂️ The world-famous Scottish author's Inspector Rebus can easily be classed among icons of the detective fiction genre such as Salvo Montalbano, Philip Marlowe and Hercule Poirot, as evidenced by the bestselling twenty-plus volumes in which he features, and the TV adaptations that followed
🔎 🗣️ At the Festival, Rankin will be delivering a masterclass on crime writing, and will then also be interviewed on stage prior to a book signing event.
👇 Find out more
https://ktieb.org.mt/news-en/world-famous-scottish-crime-writer-ian-rankin-heads-to-malta-book-festival-26/
18/06/2026
Fil-paġna letterarja tal-KNK għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqbad b’interess it-tieni volum tal-antoloġija ta’ Aphroconfuso, li jiftaħ tieqa fuq il-letteratura q***r bil-Malti, u allura jġib fostna bis-saħħa r-realtajiet tal-persuni q***r, kemm dawk mill-passat li ntesew u anki dawk tal-lum, li ssib min jipprova jnessihom.
💬 Ħerqana li naqra iżjed stejjer minn din il-komunità, anke ta’ vuċijiet ta’ persuni trans, leżbiċi u non-binary, li ma tantx għandna minnhom fir-repertorju letterarju Malti. 💬
Tista' tixtri dan il-ktieb mingħand Aphroconfuso.
Gayyaġni
Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqbad b’interess it-tieni volum tal-antoloġija ta’ Aphroconfuso, li jiftaħ tieqa fuq il-letteratura q***r bil-Malti, u allura jġib fostna bis-saħħa r-realtajiet tal-persuni q***r, kemm...
16/06/2026
‼ TFAKKIRA ‼
L-entitajiet u l-individwi interessati li jorganizzaw avvenimenti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 għandhom jissottomettu l-informazzjoni relevanti kollha permezz ta’ Submittable sa mhux aktar t**d mit-30 ta’ Ġunju 2026. Il-Festival se jsir mill-Erbgħa 4 ta’ Novembru sal-Ħadd 8 ta’ Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.
***
‼ REMINDER ‼
Entities and individuals interested in organising events at the Malta Book Festival 2026 are to submit all relevant information via Submittable by no later than 30 June 2026. The Malta Book Festival will be taking place from 4-8 November at the Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC), Ta' Qali.
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026!
- Ktieb.org.mt
Infetħu l-applikazzjonijiet għall-esebituri li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2026. Il-Festival se jsir mill-Erbgħa
16/06/2026
👀‼️ Wasal il-mument li niżvelaw il-poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 🥳❤️
📚🎪 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jinsab ħerqan biex jiżvela l-poster uffiċjali għall-edizzjoni ta' din is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li se jsir fl-MFCC f'Ta' Qali bejn l-4 u t-8 ta' Novembru
🕵🏻♀️ 🔎 Ispirata mill-estetika noir tad-ditektivs, il-kollaborazzjoni intriganti bejn il-fotografu Tümer Gençtürk u d-disinjatriċi grafika Angele Azzopardi toħloq atmosfera intriganti u misterjuża, bi stedina waħda għall-parteċipanti: "Skopri l-Istorja"
👇 Skopri aktar
https://ktieb.org.mt/mt/uncategorized-mt/ejja-skopri-l-istorja-jitnieda-l-poster-tal-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2026/
***
👀‼️ It's time for the Malta Book Festival 2026 poster reveal! 🥳❤️
📚🎪 The National Book Council is thrilled to unveil the official poster for this year's edition of the Malta Book Festival, taking place at the MFCC, Ta' Qali from 4-8 November
🕵🏻♀️ 🔎 Taking inspiration from the aesthetics of detective noir, the intriguing collaboration between photographer Tümer Gençtürk and graphic designer Angele Azzopardi creates an atmosphere of intrigue and mystery, inviting participants to 'Uncover the Story'
👇 Find out more
https://ktieb.org.mt/news-en/come-and-uncover-the-story-launching-the-malta-book-festival-2026-poster/
12/06/2026
Fil-paġna letterarja tal-KNK għal dil-ġimgħa, Christopher Cutajar iwasslilna bieqja sħiħa ta’ esperjenzi li ggwidaw lil dak li waqqaf iċ-Ċentru OASI f’Għawdex, biex minnhom jislet kwalitajiet minn ħajja li hija ta’ ispirazzjoni għal kulħadd. Il-qari ta’ bijografija, jinnota Cutajar, jista’ jkun tabilħaqq duwa għall-grif li nlaqqtu aħna u għaddejjin.
💬 Innu li jqawwi qalb lil min ikantah biex fil-fond ta’ qalbu jibqa’ jemmen li jasal żmien li fih joħorġu mis-saram li kienu fih. Innu ta’ tama u perseveranza. 💬
Tistgħu tkellmu lil OASI Foundation biex tixtru dan il-ktieb.
Id-dawl fit-tarf tal-mina
Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Christopher Cutajar iwasslilna bieqja sħiħa ta’ esperjenzi li ggwidaw lil dak li waqqaf iċ-Ċentru OASI f’Għawdex, biex minnhom jislet kwalitajiet minn ħajja li hija ta’ ispirazzjoni għal kulħadd. Il-...
10/06/2026
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni konsiderevoli ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli, li se jimlew l-ixkafef tas-sala l-ġdida li nfetħet fi Blokk 1 ġol-isptar, u jkunu jistgħu jintużaw minn madwar 20 pazjent li jinsabu f’din is-sala.
Il-preżentazzjoni tal-kotba saret mill-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri lill-Infermiera Sarah Abela, li hija inkarigata mis-sala.
Nittamaw li l-pazjenti jsibu wens fil-qari tal-varjetà ta' kotba li ppreżentajnielhom!
***
The National Book Council presented a substantial donation of books to Mount Carmel Hospital, which will fill the shelves of the new ward that has recently opened in Block 1 of the hospital and will be available for use by approximately 20 patients staying there.
The books were formally presented by Chief Executive Officer Mark Camilleri to Nurse Sarah Abela, who is responsible for the ward.
We hope that patients will find comfort and enjoyment in reading the wide variety of books that have been donated to them.
Il-KNK jagħti donazzjoni ta' kotba lill-Isptar Monte Karmeli - Ktieb.org.mt
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni konsiderevoli ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli, li se jimlew l-ixkafef tas-sala l-ġdida li
09/06/2026
Fil-paġna letterarja tal-KNK għal dil-ġimgħa, Ħaley Xuereb l-ktieb Il-Glorja u l-Ġmiel tal-Kbir San Grabiel ta’ Mikiel Camilleri Haber, u tinnota li għalkemm il-ktieb jissawwar f’dinja li dwarha nkiteb ħafna, l-intellettwalità satirika tal-awtur tlaqqagħna mal-ħajja moderna Maltija li hi nostalġika … imma dwar xiex eżatt hi nostalġika?
💬 U forsi proprju għalhekk 'Il-Glorja u l-Ġmiel tal-Kbir San Grabiel' jaħdem tant tajjeb. Għax mhux biss rumanz dwar skola. Huwa rumanz dwar Malta, dwar il-Malta ċkejkna li tinbet f’kull istituzzjoni fil-pajjiż. 💬
Tista' tixtri dan il-ktieb mingħand Merlin Publishers.
Tela’ San Grabiel!
Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Ħaley Xuereb taqra l-ktieb Il-Glorja u l-Ġmiel tal-Kbir San Grabiel ta’ Mikiel Camilleri Haber, u tinnota li għalkemm il-ktieb jissawwar f’dinja li dwarha nkiteb ħafna, l-intellettwalità satirika tal-aw...
08/06/2026
‼️ Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed joffri aċċess għal kors ta' kitba kreattiva online B'XEJN lil 13-il awtur minn Malta, fuq bażi ta' min japplika l-ewwel, jinqeda l-ewwel! 👀
📚 Il-kors bl-isem 'The Big Idea', li nħoloq mill-akkademja rinomata ta' korsijiet ta' kitba kreattiva The Novelry u jitmexxa minnha wkoll, se jispira u jisfida lill-parteċipanti biex jiskopru dak il-kunċett distintiv li se jwassal il-manuskritt tagħhom għal livell ogħla. 🧠
✍🏻 Il-kors jikkonsisti fi 30 sessjoni online, li se jsiru bejn il-5 t’Ottubru 2026 u l-5 t’Ottubru 2027. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fit-22 ta’ Ġunju. 🗓️
👇 Skopri aktar👇
***
‼️ The National Book Council is offering access to a FREE online creative writing course to 13 authors from Malta, on a first-come, first served basis! 👀
📚 Created and run by acclaimed writing school The Novelry, ‘The Big Idea’ will inspire and challenge participants to unlock that undeniable concept that will propel their manuscript to the next level. 🧠
✍🏻 The course will run across 30 online sessions between 5 October 2026 and 5 October 2027. Registration closes on 22 June. 🗓️
👇 Find out more👇
ktieb.org.mt/mt/uncategorized-mt/ghandek-idea-tajba-ghal-ktieb-ara-ftit-dal-kors-li-fetah-illum/
06/06/2026
“This is more like a catalogue of some sort...I don't know if this was Gabriel's idea...maybe that's his way to invite us to sit down...”
Gabriel Schembri reviews ‘Poġġi', a publication by Gabriel Lia 📖
For further information on the book, dm Gabriel Lia ⤴️
____________
LISTEN 🟣 this review and MORE by visiting Kritikarti through the 🔗 in bio
This review is brought to you by the National Book Council (Malta)
05/06/2026
Fil-paġna letterarja tal-KNKgħal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqbad il-ktieb 'Decolonising the Maltese Mind' ta' Charles Xuereb, u mill-istejjer ta’ sottomissjoni li jissemmew fil-ktieb, tistaqsi għadniex bħala poplu b’mentalità li tagħna mhuwiex biżżejjed, mhuwiex sabiħ, jew li rridu ninbidlu sabiex nintgħoġbu mas-“superjuri” tagħna f'moħħna.
💬 Xuereb jispjega t-tattiċi ta’ manipulazzjoni u indottrinazzjoni persistenti li kienu jużaw l-Ingliżi, ħafna drabi bl-għajnuna tal-Maltin stess, sabiex ġabu l-Maltin nies defiċjenti li nsew l-identità tagħhom 💬
Tista' tixtri dan il-ktieb mingħand Klabb Kotba Maltin.
Il-kolonizzatur li għad għandna f’moħħna … mas-sittin sena wara
Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqbad il-ktieb Decolonising the Maltese Mind, u mill-istejjer ta’ sottomissjoni li jissemmew fil-ktieb, tistaqsi&nb...