🔎 Mill-Lenti tal-Istudenti: Il-Karriera ta' Għalliem 👨🏫
Is-Servizz Pubbliku
Il-Paġna Uffiċjali tas-Servizz Pubbliku |
The Official Page of the Malta Public Service
Is-Servizz Pubbliku
Is-Servizz Pubbliku huwa magħmul mill-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern. Is-Servizz Pubbliku huwa l-qalba tal-makkinarju amministrattiv tal-Gvern, iżda mhuwiex l-uniku parti tiegħu. Hemm ukoll awtoritajiet u aġenziji mwaqqfa bil-liġi, fondazzjonijiet tal-Gvern, u kumpaniji kummerċjali li tagħhom il-Gvern għandu maġġoranza tal-ishma. Dawn l-entitajiet huma parti mis-settur p
15/06/2026
🎯 Id-djalogu soċjali u l-implimentazzjoni effettiva jibqgħu fil-qalba tal-ħidma tal-Gvern.
Waqt laqgħa mal-MCESD u l-imsieħba soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq fuq l-importanza tal-konsultazzjoni, l-istabbiltà u l-ħidma konġunta biex Malta tkompli timxi ’l quddiem b’viżjoni ċara għall-futur.
👉🏻 Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, tenna li l-amministrazzjoni pubblika hija lesta li tisma’, iżda fuq kollox tmexxi l-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv, inklussiv u sostenibbli. Huwa enfasizza li tmexxija moderna tfisser viżjoni ċara, deċiżjonijiet kuraġġużi u impenn kontinwu lejn il-ġid komuni.
Flimkien, permezz ta’ djalogu soċjali b’saħħtu u implimentazzjoni effettiva, inkomplu naħdmu biex nilħqu l-miri tal-Viżjoni Malta 2050 u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Fondi Ewropej │ Żgħażagħ │ MCESD - Malta Council for Economic and Social Development
14/06/2026
Kurżità għall-Ħadd ⚓
Kont taf li darba d-daħla bejn il-Birgu u l-Isla setgħet tingħalaq b’katina enormi tal-ħadid?
Fi żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, katina kbira kienet tintrabat bejn il-Ponta ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu u s-Sur ta’ San Mikiel fl-Isla, bħala parti mis-sistema difensiva tal-port.
👉 Din kienet tgħin biex tikkontrolla jew twaqqaf bastimenti tal-avversarji milli jidħlu fil-port f’każ ta’ theddida.
Illum il-Port il-Kbir huwa wieħed mill-isbaħ portijiet naturali fid-dinja, iżda għal sekli sħaħ kien ukoll wieħed mill-aktar portijiet difiżi fil-Mediterran.
Kont taf b’din il-katina storika❓
Ir-ritratt huwa kkreat permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali.
Illum huwa l-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Inti qatt tajt demm?
14/06/2026
L-Ispiżeriji miftuħa llum ⚕
Saħħa | Anzjanità Attiva | Malta Medicines Authority | Dipartiment tal-Informazzjoni
13/06/2026
Fl-istaġun tas-Sajf għandna aktar riskju ta' nirien bit-temperaturi għoljin u l-logħob tan-nar li jseħħ fil-festi tal-irħula. Naprezzaw u nirringrazzjaw lill-pumpiera tagħna, talli dejjem jassistu u jaġixxu fil-pront f'każijiet ta' emerġenza.
13/06/2026
𝗔𝗤𝗧𝗔' 𝗙𝗘𝗝𝗡!
📸 DOI Archives
13/06/2026
Hawn huma l-postijiet li fihom tista' tmur tagħti d-demm għada! 👇
Saħħa | Blood Donation Malta - NBTS
12/06/2026
Is-servizzi tal-ESP huma offruti b'xejn lill-uffiċjali pubbliċi kollha, fejn 35% li jutilizzawh huma rġiel. Il-People and Standards isaħħu dawn is-servizzi billi jorganizzaw konferenzi mmirati għas-saħħa mentali tal-irġiel sabiex joħolqu spazju komdu għal min għandu bżonn l-għajnuna.
📚💙 Isabelle Bonnici tispjega l-irwol essenzjali tal-LSE fl-Iskola Primarja ta’ San Miguel u kif dan l-appoġġ jgħin lill-istudenti jirnexxu fit-tagħlim u fl-iżvilupp tagħhom🌟👩🏫
Għall-Pubbliku ➤ kull nhar ta' Tnejn fit-15:30 fuq TVM
Tista' ssegwi wkoll fuq tvmi.mt
Is-Servizz Pubbliku
Click here to claim your Sponsored Listing.
Location
Category
Contact the business
Telephone
Website
Address
Valletta
