18/06/2026
Il-libsa li libset il-kantanta Mary Spiteri meta rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1992, li sar f’Malmo, l-Iżvezja, meta bil-kanzunetta Little Child ikklassifikat fit-tielet post, se ssir parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali tat-Tessuti wara li ġiet akkwistata minn Heritage Malta.
B’ġest ġeneruż, din il-libsa ngħatat minn Mary Spiteri lill-Malta Community Chest Fund, biex tiġi rkantata u l-flus offruti għaliha jmorru b’risq dawk li jiġu bżonn l-għajnuna tal-Community Chest Fund għal kura, trattament jew appoġġ ieħor fi żminijiet diffiċli ta’ ħajjithom.
Iddisinjata f’Milan, il-libsa għandha bust ta’ lewn maġenta u fuchsia, b’għonq forma ta’ qalb u piegi miġbura madwar is-sider. Il-parti ta’ fuq l-ispallejn hi mżejna b’mod rikk b’antaċċoli roża u lewlu, dettalji ta’ appliqué abjad, u disinji kumplessi.
Aktar minn libsa, din hija parti tanġibbli mill-istorja tal-Eurovision, u partikolarment ta’ Malta fil-Eurovision, u simbolu ta’ ħila artistika u kburija nazzjonali hekk kif fl-1992 Malta ġiet fit-tielet post u għall-ewwel darba pajjiżna kklassifika fost l-aqwa tliet postijiet.
Kien għalhekk li Heritage Malta, eżerċitat id-dritt tagħha skont l-Att 455 dwar il-Kultura, u akkwistat din il-libsa biex biha tkompli tarrikkixxi l-Kollezzjoni Nazzjonali tat-Tessuti fil-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija. Dan wara li jsirulha l-interventi ta’ konservazzjoni meħtieġa.
Il-preżentazzjoni tal-libsa lil Heritage Malta saret waqt lejla organizzata mill-Malta Community Chest Fund fil-Palazz ta’ Sant’Anton, fil-preżenza tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, li esprimiet l-apprezzament tagħha għall-ġest ta’ Mary Spiteri li ser ikompli jgħin lill-Malta Community Chest Fund fil-missjoni tagħha.
Matul is-serata, Mary Spiteri qasmet ma’ dawk preżenti dettalji dwar il-karriera tagħha u dwar din il-libsa li xtrat u kkummissjonat hi stess.
Fost oħrajn, il-kantanta spjegat kif hi wkoll kellha sehem fit-tfassil ta’ partijiet mil-libsa, u kif kienet idea tagħha li jiżdiedu l-għonq forma ta’ qalb u l-piegi, biex jirriflettu l-ħsieb li kellha f’moħħha. Dan jagħmel il-libsa aktar speċjali u personali – mhux biss kostum tal-palk iżda kreazzjoni artistika personali ħafna marbuta ma’ wieħed mill-aktar mumenti memorabbli ta’ Malta fil-Eurovision.
Matul is-serata, il-mistednin segwew intervista ma’ Mary Spiteri kif ukoll sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet immexxija minn Angie Laus. Dan offra opportunità rari biex jinstemgħu stejjer diretti mill-vjaġġ ta’ Mary Spiteri fil-Eurovision, il-karriera tagħha, u s-sinifikat personali tal-libsa nnifisha. Wara d-diskussjoni, il-mistednin kellhom l-opportunità li jiltaqgħu personalment ma’ Mary Spiteri.
Il-lejla kienet organizzata b’kollaborazzjoni ma’ OGAE Malta u ġibdet udjenza ta’ nies li għandhom għal qalbhom il-Eurovision.
📷 Francis Debono
17/06/2026
Thank you Ms Kumi Seino, for your donation on behalf of Mitotre Ltd, Japan to Malta Tourism.
▪️ L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, laqgħet delegazzjoni ta’ investituri Ġappuniżi li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità u li jiffurmaw parti mill-World Association of Overseas Japanese Entrepreneurs.
Matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti tkellmu dwar il-pjanijiet tagħhom li jirrilokaw l-investimenti tagħhom hawn Malta, bl-għan li jkomplu jsaħħu ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ġappun.
Fi tmiem il-laqgħa, il-President irċeviet donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund minn Kumi Seino f’isem il-kumpanija tagħha.
▪️ Her Excellency Myriam Spiteri Debono, President of Malta, welcomed to San Anton Palace a delegation of Japanese investors working in the tourism and hospitality sector and who form part of the World Association of Overseas Japanese Entrepreneurs.
During the meeting, the representatives discussed their plans to relocate their investments here in Malta, with the aim of further strengthening relations between Malta and Japan.
At the end of the meeting, the President received a donation in aid of The Malta Community Chest Fund from Kumi Seino on behalf of her company.
📷 Francis Debono
16/06/2026
🚴♂️ Here's the route for this year's Cycling with Jack.
Starting from St. Clare College, Pembroke, participants will make their way through Swieqi, San Ġiljan, Tas-Sliema and Il-Gżira before reaching Manoel Island and returning to the starting point.
Whether you're joining us for the ride, supporting a loved one, or contributing to the cause, every kilometre helps make a difference.
🗓 21st June
🕖 7:00am - 11:00am
📍 St. Clare College, Pembroke
🎟 Register today at mccf.store
In aid of the Malta Community Chest Fund Foundation.
14/06/2026
🚴♂️ Just 1 week to go until Cycling with Jack.
On 21st June, we'll be coming together at St. Clare College, Pembroke for a community ride in aid of the Malta Community Chest Fund Foundation.
Join us as we celebrate the memory of Jack Schiavone and his passion for cycling while supporting a meaningful cause.
🎟 Register today at mccf.store
14/06/2026
🏃 Today’s the day.
The 10KM L-Istrina Palace Run is here.
Good luck to every runner taking part this morning as we make our way from San Anton Palace to The Grand Master’s Palace in Valletta.
Run strong, enjoy the atmosphere, and most importantly, have fun.
Thank you for supporting the Malta Community Chest Fund Foundation.
🏃 Sponsored by Eurosport Malta and the Social Causes Fund.
Special thanks to Fort Fitness, MCP Car Parks, Farsons Group Foundation and Starfruit Ltd..
10/06/2026
Grazzi lill-Għaqda Każin Banda San Filep!
09/06/2026
🚴♂️ What you need to know about Cycling with Jack 🚴♀️
Join us on 21st June for a community ride in aid of the Malta Community Chest Fund Foundation.
Starting from St. Clare College, Pembroke at 7:00am, participants will cycle to Manoel Island and back, coming together to honour the memory of Jack Schiavone, whose passion for cycling and contribution to the sport continue to inspire this event.
Whether you're a regular cyclist or simply looking to support a worthy cause, we'd love to have you with us.
🎟 Register today at mccf.store
Together, we can celebrate Jack's legacy and help support individuals and families in need through the Malta Community Chest Fund Foundation. ❤️