Partit Nazzjonalista - Valletta
Din hija l-paġna fejn issib informazzjoni dwar il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt Valletta
22/06/2026
Illum jibda impenn parlamentari ġdid. Se nkun qed naħdem b’dedikazzjoni u serjetà għall-ġid tal-familji, tal-anzjani, u ta’ dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna u m’għandhomx vuċi. Nibqa’ impenjata li nisma’, nirrappreżenta u naħdem biex ħadd ma jitħalla lura. Flimkien nistgħu nibnu soċjetà aktar ġusta u i
nklużiva għal kulħadd.
21/06/2026
Jum il-Missier dejjem iġib miegħu mewġa ta’ emozzjonijiet li diffiċli npoġġihom fi kliem.
Illum, aktar minn qatt qabel, qalbi tmur lejk, Pa.
Għalkemm m’għadekx magħna, inħoss il-preżenza tiegħek f’kull mument tal-ħajja tiegħi — fil-valuri sbieħ li għallimtni, fil-kuraġġ li dejjem tajtni, u fl-imħabba bla qies li ħallejt warajk.
Grazzi Pa, ta’ kull kelma, kull tgħanniqa, kull sagrifiċċju u kull mument li qsamt miegħi.
Il-memorja tiegħek tibqa’ tgħix fija, f’qalbi, u f’dak kollu li jien.
Inħobbok u nimmissjak ❤️
20/06/2026
Illum wara l-quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann flimkien mal-kuġin, Mons. Joseph Galea Curmi fl-okkazjoni tal-ftuħ uffiċjali tal-15 il-Leġislatura.
20/06/2026
Lura fil-Parlament. Li nservi lil pajjiżi dejjem kienet x-xewqa u l-għan ewlieni tiegħi. Inwiegħedkom li se naħdem għall-ġid ta' pajjiżna.
Grazzi tas-sapport kontinwu, speċjalment lil marti Miriana tal-paċenzja kollha li tieħu bija!
Click here to claim your Sponsored Listing.
Location
Category
Website
Address
Valletta
