23/06/2026
Pass ieħor fit-tisħiħ tal-kollaborazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni.
Xjenza Malta u l-Istituto Nazionale di Oceanografia e di Geofisica Sperimentale (OGS) tal-Italja ffirmaw ftehim li se jkompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni xjentifika fil-Mediterran, b’aktar opportunitajiet għal riċerka, innovazzjoni u żvilupp tal-kapaċitajiet.
20/06/2026
l-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, attenda għat-tnedija tal-Programm ta’ Riċerka Transdixxiplinari ta’ Xjenza Malta, inizjattiva li se tgħaqqad lir-riċerkaturi, l-industrija, l-entitajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi nazzjonali u globali.
Il-Ministru enfasizza l-importanza tal-investiment kontinwu fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex Malta tkompli ssaħħaħ il-kompetittività tagħha u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini.
22/05/2026
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Dr Jonathan Attard inawgura simulator avvanzat għat-taħriġ tal-operaturi ta’ excavators u inġenji meqjusin bħala heavy machinery.
Dan l-apparat se jkun qiegħed jinżamm fl-educational hub tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) bħala parti mill-isforzi kontinwi tal-Gvern biex ikompli jgħolli l-livell tal-istandards, is-sigurtà u l-professjonalità fis-settur tal-kostruzzjoni.
Jonathan Attard l Building & Construction Authority l SANLAB
20/05/2026
Il-Ministru Jonathan Attard ippresjeda fuq il-Ftehim Kollettiv ġdid għall-gradi legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bil-għan li jkomplu jiġu msaħħa l-kundizzjonijiet tal-professjonisti legali, isir aktar investiment fil-kapaċità tal-istituzzjoni u jiġi attirat aktar talent lejn is-servizz pubbliku.